Arkivji mensili: Novembru 2013

Fr Cyril Axelrod jingħata l-O.B.E. mill-Majesta’ tagħha r-Reġina Eliżabetta II

  • Fr Cyril Axelrod jingħata l-O.B.E. mill-Majesta’ tagħha r-Reġina Eliżabetta II
  • Fr Cyril Axelrod għadu kif ingħata l-O.B.E. (Order of the British Empire) mill-Majesta’ tagħħa r-Reġina Eliżabetta II f’ċerimonja speċjali li saret fil-kastell ta’ Windsor. Fr Cyril huwa l-ewwel persuna nieqes mis-smigħ u mid-dawl li qatt irċeviet dan l-unur li ngħatalu għall-hidma tiegħu biex jitwaqqfu ċentri li joffru servizzi ta’ taħriġ għall-persuni nieqsa mis-smiegħ u b’nuqqas ta’ dawl mis-Soċjeta’ għall-persuni nieqsa mid-dawl f’Hong Kong fejn għall dawn l-aħħar ħames snin kien Konsulent Onorarju…

  • Kompli aqra »

The Hunger Games: Catching Fire

  • The Hunger Games: Catching Fire 

  • ****

    Direttur:        Francis Lawrence
    Atturi:            Jennifer Lawrence, Josh Hutcherson, Donald Sutherland
    Ħin:                146 minuti 

    Klassifika taċ-Ċensura: 12A
    Klassifika tal-Knisja: 15

    Katniss Everdeen u Peeta Mellark rebħu l-74 edizzjoni ta’ l-Annual Hunger Games (fl-ewwel film), sfida sal-mewt bejn żgħażagħ rappreżentanti ta’ kull wieħed mit-tnax id-distrett ta’ Panem u li tintwera diretta fuq it-television…

  • Kompli aqra »

Tnedija tat-Tema għaż-żgħażagħ 2013/14

  • Tnedija tat-tema għaż-żgħażagħ 2013/14 
  • L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser jniedi it-tema tas-sena għaż-żgħażagħ waqt quddiesa li ser issir nhar il-Ħadd, l-1 ta’ Diċembru, fil-Knisja ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara, fis-6:30pm. It-tema għaż-żgħażagħ li ser iniedi l-Arċisqof u li intgħażlet mill-Papa Franġisku hija: “Henjin il-foqra fl-ispirtu għax tagħhom hija s-saltna tas-smewwiet” (Mt 5,3).

    Din l-attività qiegħda tkun organiżżata mil-Liturgy Team tal-Parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem u kkordinata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ). 

  • Kompli aqra »

L-Isqfijiet Maltin f’Konsultazzjoni dwar il-Kurja Rumana

  • L-Isqfijiet Maltin f’Konsultazzjoni dwar il-Kurja Rumana

  • Il-Konferenza Episkopali Maltija intalbet tagħti s-suġġerimenti tagħha dwar it-tmexxija tal-Knisja Universali. Din it-talba waslet mill-Kardinal Reinhard Marx, Arċisqof ta’ Munich u Freising, u membru tal-kunsill tal-Kardinali mwaqqaf mill-Papa Franġisku…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof għall-festa ta’ Kristu Re u tmiem is-Sena tal-Fidi

  • Messaġġ tal-Arċisqof għall-festa ta’ Kristu Re u tmiem is-Sena tal-Fidi
  • Parrocca Sidtna Marija Mtella’ s-Sema, Mosta

    24 ta’ Novembru 2013

    Eċċellenza President ta’ Malta u Sinjura Abela,

    Ħuti,

    Illum ġejna hawnhekk biex infakkru żewġ avvenimenti: l-ewwelnett sena speċjali li tiġi fi tmiemha llum, jiġifieri s-Sena tal-Fidi, u qegħdin niċċelebraw ukoll lil Kristu li huwa Sultan tal-ħolqien kollu…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-Gradwazzjoni tal-Istudenti tal-Universita

  • Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-Gradwazzjoni tal-Istudenti tal-Universita’
  • Konkatidral ta’ S. Ġwann

    12 ta’ Novembru 2013

    Eċċellenza President ta’ Malta,

    Ħuti, aħna ġejna għal din l-quddiesa biex l-universita` kollha, kemm dawk li jgħallmu, kemm dawk li marru biex jitgħallmu, illum jirringrazzjaw lil Alla f’dawn il-ġranet tal-gradwazzjoni. Imma jiena naħseb li ma nistgħux nieqfu hemm. Jien nimmaġina lil Alla jirringrazzja lil kull wieħed u waħda minnkom talli t-talenti li takom ma ħlejtuhomx, talli kontu lesti tagħmlu s-sagrifiċċji biex l-għerf li takom il-Mulej iġġubuh għall-għarfien tiegħu…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet ta’ Kristu Re għall-adolexxenti u t-tfal

  • Ċelebrazzjonijiet ta’ Kristu Re għall-adolexxenti u t-tfal

  • Il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru 2013 saret iċ-ċelebrazzjoni ta’ Kristu Re għall-adolexxenti bl-isem ‘Meeteen’ fil-Kumpless Ġwanni Pawlu II, fiċ-ċentru parrokkjali ta’ Ħ’Attard. It-tema għal din l-attività kienet ‘Follow Him’, organiżżata miż-ŻAK Siġġiewi li ħejjew programm interattiv għall-adolexxenti ta’ bejn 12 u 16-il sena…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ tfal subien li jattendu l-MUSEUM u il-Kunsill Pastorali Parrokkjali, il-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu u l-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali f’Ħad-Dingli

  • L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ tfal subien li jattendu l-MUSEUM u il-Kunsill Pastorali Parrokkjali, il-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu u l-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali f’Ħad-Dingli

  • It-Tnejn 18 ta’ Novembru 2013, l-Arċisqof  iltaqa’ mat-tfal miċ-Ċentru tal-MUSEUM tas-subien, bħala parti mill-Viżta Pastorali, f’Ħad-Dingli…

  • Kompli aqra »