Yearly Archives: 2013

Il-Vanġelu tat-2 ta’ Frar

Il-Prezentazzjoni tal-Mulej (Il-Kandlora)

Luqa 2,22-40

Wara li għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħhom skond il-Liġi ta’ Mosè, ħaduh Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, kif hemm miktub fil-Liġi tal-Mulej, li ‘kull tifel li jitwieled l-ewwel, jiġi kkonsagrat lill-Mulej,’ u biex joffru b’sagrifiċċju ‘par gamiem jew żewġ bċieċen,’ kif jingħad ukoll fil-Liġi tal-Mulej. F’Ġerusalemm kien hemm wieħed, jismu Xmun, raġel ġust u tajjeb, li kien jistenna l-faraġ ta’ Iżrael u li kellu l-Ispirtu s-Santu fuqu… Kompli aqra »

Memorandum mis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija

MEMORANDUM GĦALL-PARTITI POLITIĊI – ELEZZJONIJIET ĠENERALI 2013

1.0  SFOND

F’dawn l-aħħar erbgħin sena l-iskejjel tal-Knisja komplew jevolvu u jitbiddlu f’diversi aspetti. Kienu skejjel li jitolbu ħlas għall-edukazzjoni li kienu joffru. Xi uħud anke kienu jżommu l-boarders. Bil-ftehim tal-1991 saru skejjel bla ħlas u d-dħul fl-iskejjel primarji beda jsir permezz tal-polza.  Dan it-tibdil żied it-taħlit ta’ abilitajiet li jkollhom l-istudenti biex l-iskejjel saru iktar aċċessibbli.  … Kompli aqra »

Messaġġ mill-Isqfijiet Maltin dwar is-sitwazzjoni f’Benghażi, l-Libja

Bħala Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, flimkien mal-poplu ta’ Alla fil-Gżejjer tagħna, nixtiequ nuru t-tħassib tagħna għas-sitwazzjoni li reġgħet inqalgħet f’Benghażi fil-Libja. Inħossuna qrib fit-talb u fil-ħsieb, b’mod partikolari ma’ ħuna l-Eċċellenza Tiegħu, Mons Silvestru Magro O.F.M.., Isqof Titulari ta’ Salde u Vigarju Appostoliku ta’ Benghażi.

Għalhekk, filwaqt li napprezzaw ħafna l-ħidma tal-missjunarji fil-Libja, partikularment il-presenza tal-patrijiet Franġiskani Minuri Maltin, inħeġġu lill-insara tagħna biex iressqu t-talb tagħhom lill-Missier twajjeb tas-sema biex iħares lil dan il-poplu u jagħtih is-sliem tant mixtieq u bżonnjuż… Kompli aqra »

Il-Programm taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa ta’ San Gejtanu l-Ħamrun

L-Erbgħa 6 ta’ Frar

10.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-kappillan, fil-Kurja.

Il-Ħamis 7 ta’ Frar

5.00 p.m. L-Arċisqof iżur is-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù flimkien mar-residenti tad-Dar.

6.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Xandir tal-Kelma u l-katekisti kollha fil-M.U.S.E.U.M. tas-sezzjoni Maskili.

Is-Sibt 9 ta’ Frar

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa bħala ftuħ tal-Vista Pastorali, fil-Knisja Parrokkjali u wara jiltaqa’ man-nies… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-1 ta’ Frar

San Mark 4,26-34

U qal: “Is-Saltna ta’ Alla hi bħal meta raġel ikun xeħet  iż-żerriegħa fl-art. Rieqed jew imqajjem, billejl jew binhar, iż-żerriegħa tinbet u tikber, bla ma jaf kif. L-art trodd minnha nfisha l-ewwel il-barma, mbagħad is-sbula, mbagħad il-qamħ mimli fis-sbula. U meta l-frott isir, malajr il-bidwi jmidd idu  għall-minġel, għax ikun wasal żmien il-ħsad.” U qal: “Ma’ xiex sejrin inqabbluha s-Saltna ta’ Alla, jew b’liema parabbola nfissruha? … Kompli aqra »

Xi jfisser li ssejjaħ lil Alla ‘Missier’

Pope in Paul VI audience hall

Fl-udjenza ta’ kull nhar t’Erbgħa, il-Papa Benedittu XVI dil-ġimgħa kompla bil-katekeżi tiegħu dwar il-Kredu, b’riflessjoni dwar xi jfisser li lil Alla nsejħulu Missier.

Meta kien qed jindirizza lil dawk miġbura fl-awla Pawlu VI, il-Papa rrifletta li llum mhux dejjem faċli li titkellem dwar li tkun missier. Dan speċjalment fil-Punent, fejn it-tkissir fil-familji, iż-żieda fl-impenji tax-xogħol, it-tħassib dwar kif il-familji jibbilanċjaw il-baġits tagħhom  u l-invażjoni tal-media li taljena lill-bniedem fil-ħajja tiegħu ta’ kuljum qed iżommu milli jkun hemm relazzjonijiet kostruttivi u ta’ paċi bejn il-missirijiet u l-ulied… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-31 ta’ Jannar

Mark 4,21-25

U qalilhom: “Jaqaw il-musbieħ iġibuh biex iqegħduh taħt  is-siegħ jew taħt is-sodda? M’hux fuq l-imnara jqegħduh? Għax ma hemm xejn moħbi jekk mhux biex jingħaraf, u xejn ma hu mistur jekk mhux biex jinġieb għad-dawl. Jekk hawn min għandu widnejn biex jisma’, ħa jisma’!” U qalilhom: “Oqogħdu attenti x’tisimgħu! Bl-istess kejl li tkejjlu intom jitkejjel lilkom, u jingħatalkom iżjed ukoll… Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur l-iskola tas-Seminarju

Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Jannar 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mal-istudenti li jattendu l-iskola Primarja u Sekondarja tas-Subien fil-Seminarju, Tal-Virtù, r-Rabat.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fil-quddiesa tat-Translazzjoni ta’ Missierna San Pawl

Katidral tal-Imdina

26 ta’ Jannar 2013

Ħuti, il-Papa Benedittu XVI nieda din is-sena bħala s-sena tal-fidi. Hu ħajjar lilna lkoll biex aħna nagħmlu mixja ta’ fidi. Illum aħna qegħdin niċċelebraw il-konverżjoni ta’ missierna S. Pawl u jiena għidt: ejjew niftakru fil-mixja li għamel S. Pawl biex jasal li ikun l-appostlu tal-ġnus. Araw ftit f’din ir-riflessjoni li se nagħmlu liema huma dawk il-punti tal-mixja li aħna għandna bżonn li nwelldu mill-ġdid fil-qalb tagħna… Kompli aqra »

Indulġenzi għall-Jum Dinji tal-Morda

Il-Papa Benedittu XVI se jkun qed jagħti indulġenza plenarja lil dawk li se jkunu qed jieħdu sehem fil-21 Jum Dinji tal-Morda, li se jkun iċċelebrat bejn is-7 u l-11 ta’ Frar 2013 f’Altotting fil-Ġermanja. Dan skont digriet ippubblikat u ffirmat mill-Kardinal Manuel Monteiro de Castro u l-Isqof Krzysztof Nykiel mill-Penitenzjarju Appostoliku.

Fuq l-eżempju tas-Sammartin it-tajjeb, kull min fi spirtu ta’ fidi jingħata għas-servizz tal-oħrajn li qed ibatu, speċjalment fil-mard, jirċevi indulġenza plenarja darba kuljum skont il-kundizzjonijiet marbuta magħhom… Kompli aqra »