Arkivji mensili: April 2014

Seminar dwar il-Papa Ġwanni XXIII u il-Papa Ġwanni Pawlu II

  • Seminar dwar il-Papa Ġwanni XXIII u il-Papa Ġwanni Pawlu II
  • Nhar l-Erbgħa 23 ta’ April 2014, ġewwa l-Parlament, il-Fondazzjoni IDEAT tellgħet seminar bit-tema “Ġwanni XXIII – Ġwanni Pawlu II: Papiet Differenti Għal Żminijiet Differenti”.
     
    L-iSpeaker l-Onorevoli Anġlu Farrugia kien mistieden jiftaħ is-seminar.  L-iSpeaker tenna d-diskors tiegħu fejn qal li dawn il-personaġġi, li mxew ħajja qaddisa, li kienu r-rgħajja spiritwali tagħna, taw ħajjithom għall-politika differenti minn dik li aħna nagħrfu ta’ rivalita’, ta’ wieħed kontra iehor…

  • Kompli aqra »

Logo ġdid għad-Dar tal-Providenza

  • Logo ġdid għad-Dar tal-Providenza
  • Id-disinn għal logo ġdid għad-Dar tal-Providenza minn Sean Cini ntgħażel u tħabbar dalgħodu minn Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar. Fr Martin qal li il-logo ġie ddisinjat skont il-fatturi l-aktar importanti:  Mħabba Evanġelika, Appoġġ, u Determinazzjoni.

    L-imħabba Evanġelika li tħeġġiġna nirrispettaw u nistmaw lill-persuni b’diżabilità bħala persuni ndaqs.  Dan għandu jkun rifless bil-mod kif id-Dar hi kommessa li tagħti s-saħħa lill-persuni b’diżabilità li jemmnu fihom infushom f’ambjent li jixbah il-familja u li jkabbar u jimmassimizza l-abbilitajiet tagħhom biex hekk huma jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ fis-soċjetà…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof u l-Isqof ta’ Għawdex f’Ruma

  • L-Arċisqof u l-Isqof ta’ Għawdex f’Ruma
  • L-Arċisqof ta’ Malta, Monsinjur Pawlu Cremona O.P. u l-Isqof ta’ Għawdex, Monsinjur Mario Grech jinsabu l-Vatikan biex fi tmiem din il-ġimgħa jattendu għall-kanonizzazzjoni tal-Beatu Papa Ġwanni XXIII u l-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II. Huma mistennija jikkonċelebraw fil-Quddiesa li ser imexxi l-Papa Franġisku nhar il-Ħadd filgħodu fi Pjazza San Pietru. L-Arċisqof ħalla Malta lejn Ruma dalgħodu, filwaqt li l-Isqof Mario Grech ħalla Malta l-bieraħ, l-Erbgħa 23 ta’ April…
  • Kompli aqra »

Aquinas Lecture

  • Aquinas Lecture
  • Il-Fakultà tat-Teoloġija u l-Għaqda Studenti tat-Teoloġija qed jorganizzaw taħdita f’ġieħ San Tumas t’Akwinu, it-tema diskussa se tkun: ‘Human Nature and the Transcendent’. Dawn se jsiru minn Prof. John Cottingham, professur emeritu tal-filosofija mill-Universita ta’ Reading. Din l-attività se ssir it-Tnejn 28 ta’ April fis-7:30pm fl-Aula Magna tal-Università l-Qadima, Valletta. 

    Kulħadd hu mistieden jattendi.

  • Kompli aqra »

Reazzjoni tal-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent għad-Dokumenti li ħareġ il-Gvern dwar l-oqsma tal-Ambjent u l-Ippjanar

  • Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) hija mħassba li ħafna mit-tibdil propost f’dawn id-dokumenti jidher li ma jagħtix raġuni xierqa li għaliha qed tkun proposta l-bidla. Dan meta wieħed jeżamina l-effett li t-tibdiliet proposti aktarx se jkollhom fuq l-ambjent, l-iżvilupp sostenibbli u, fl-aħħar mill-aħħar, fuq in-nies ta’ kull sitwazzjoni soċjo-ekonomika. Hija ssemmi seba’ punti li jqanqlu tħassib partikulari fosthom l-introduzzjoni mill-ġdid tal-outline development permits, u t-tneħħija tas-Sitt Skeda li turi bini li ma jistax jiġi sanzjonat…
  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fil-ftuħ tal-Kapitlu tal-MUSEUM Femminili

  • Messaġġ tal-Arċisqof fil-ftuħ tal-Kapitlu tal-MUSEUM Femminili
  • Is-Seminarju, Tal-Virtu, Rabat
    21 ta’ April 2014

    Bħalma għidtilkom, illum ħa naqsam daqxsejn ta’ riflessjonijiet fuq it-tifsira ta’ Kapitlu. Jiena ma ngħoddx kemm mort Kapitli u għalehh l-esperjenza li jiena ħadt nista’ naqsamha magħkom.

    L-ewwel ħaġa importanti hija r-rwol tal-fundatur. Intom fortunati għaliex għandkomn ħafna u ħafna kitbiet ta’ San Ġorġ Preca…

  • Kompli aqra »

Seminar dwar l-aspetti Soċjali u Ekonomici f”Evangelii Gaudium’

  • Seminar dwar l-aspetti Soċjali u Ekonomici f”Evangelii Gaudium’
  • Nhar it-Tlieta 22 ta’ April 2014 ġie organiżżat seminar mill-Fondazzjoni Centesimus Annus Pro Pontifice, fis-Seminarju tal-Virtù. Is-seminar, li tratta l-aspetti soċjali u ekonomiċi tal-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġisku, ‘Evangelii Gaudium’, ġie indirizzat minn Fr Paul Pace S.J., provinċjal tal-Ġiżwiti, mis-sur Michael Bonello, ex-Gvernatur tal-Bank Centrali u minn Dr Sue Vella, lecturer tal-Politika Soċjali fl-Università ta’ Malta…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof f’Sibt il-Għid

  • Messaġġ tal-Arċisqof f’Sibt il-Għid
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, Valletta
    19 ta’ April 2014

    Ħuti, aħna fl-ewwel lezzjoni rajna fil-Ġenesi r-rakkont tal-ħolqien tal-bniedem, raġel u mara, xbieha tiegħu. Fl-ewwel żewġ kapitli li rajna llum tissemma biss dik li hi l-siġra tal-għarfien tat-tajjeb u l-ħażin. Imma fil-kapitlu tlieta tissemma siġra oħra u din is-siġra kien fiha frott ta’ l-immortalita, jiġifieri li l-bniedem ma jmutx…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fil-Ġimgħa l-Kbira

  • Messaġġ tal-Arċisqof fil-Ġimgħa l-Kbira
  • Konkatidral ta’ San Ġwann
    18 ta’ April 2014

    Aħna smajna il-kant tal-Passjoni tal-Mulej. Fir-rakkont Ġesu kien iċ-ċentru, imma rridu niftakru li fiċ-ċentru ta’ din  il-ġrajja hemm il-bniedem: il-bniedem fil-bidu, u l-bniedem, jiena u intom, li qegħdin ngħixu illum.

    Ir-raġuni hija ċara. Kieku l-bniedem ma dinibx Ġesu ma kienx jgħaddi minn dan kollu għax ma kienx ikollu bżonn…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof f’Ħamis ix-Xirka

  • Messaġġ tal-Arċisqof f’Ħamis ix-Xirka
  • Konkatidral ta’ San Ġwann
    17 ta’ April 2014

    Ħuti, aħna naqraw fil-Vanġelu  li qabel ma Sidna Ġesu Kristu ġie imsallab kien hemm żewġ għemejjel li hu ried jagħmel. L-ewwel għemil kien li hu jagħmel l-aħħar ikla mad-dixxipli tiegħu. U aħna llum se niċċelebraw din l-ikla. It-tieni ħaġa li għamel kien li mar quddiem Alla l-Missier u beda jitolbu u ġedded ix-xewqa tiegħu li hu,  Sidna Ġesu Kristu,  ried li jobdi lil Alla l-Missier…

  • Kompli aqra »