Arkivji mensili: April 2014

Aquinas Lecture

  • Aquinas Lecture
  • Il-Fakultà tat-Teoloġija u l-Għaqda Studenti tat-Teoloġija qed jorganizzaw taħdita f’ġieħ San Tumas t’Akwinu, it-tema diskussa se tkun: ‘Human Nature and the Transcendent’. Dawn se jsiru minn Prof. John Cottingham, professur emeritu tal-filosofija mill-Universita ta’ Reading. Din l-attività se ssir it-Tnejn 28 ta’ April fis-7:30pm fl-Aula Magna tal-Università l-Qadima, Valletta. 

    Kulħadd hu mistieden jattendi.

  • Kompli aqra »

Reazzjoni tal-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent għad-Dokumenti li ħareġ il-Gvern dwar l-oqsma tal-Ambjent u l-Ippjanar

  • Reazzjoni tal-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent għad-Dokumenti li ħareġ il-Gvern dwar l-oqsma tal-Ambjent u l-Ippjanar
  • Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) hija mħassba li ħafna mit-tibdil propost f’dawn id-dokumenti jidher li ma jagħtix raġuni xierqa li għaliha qed tkun proposta l-bidla. Dan meta wieħed jeżamina l-effett li t-tibdiliet proposti aktarx se jkollhom fuq l-ambjent, l-iżvilupp sostenibbli u, fl-aħħar mill-aħħar, fuq in-nies ta’ kull sitwazzjoni soċjo-ekonomika…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fil-ftuħ tal-Kapitlu tal-MUSEUM Femminili

  • Messaġġ tal-Arċisqof fil-ftuħ tal-Kapitlu tal-MUSEUM Femminili
  • Is-Seminarju, Tal-Virtu, Rabat
    21 ta’ April 2014

    Bħalma għidtilkom, illum ħa naqsam daqxsejn ta’ riflessjonijiet fuq it-tifsira ta’ Kapitlu. Jiena ma ngħoddx kemm mort Kapitli u għalehh l-esperjenza li jiena ħadt nista’ naqsamha magħkom.

    L-ewwel ħaġa importanti hija r-rwol tal-fundatur. Intom fortunati għaliex għandkomn ħafna u ħafna kitbiet ta’ San Ġorġ Preca…

  • Kompli aqra »

Seminar dwar l-aspetti Soċjali u Ekonomici f”Evangelii Gaudium’

  • Seminar dwar l-aspetti Soċjali u Ekonomici f”Evangelii Gaudium’
  • Nhar it-Tlieta 22 ta’ April 2014 ġie organiżżat seminar mill-Fondazzjoni Centesimus Annus Pro Pontifice, fis-Seminarju tal-Virtù. Is-seminar, li tratta l-aspetti soċjali u ekonomiċi tal-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġisku, ‘Evangelii Gaudium’, ġie indirizzat minn Fr Paul Pace S.J., provinċjal tal-Ġiżwiti, mis-sur Michael Bonello, ex-Gvernatur tal-Bank Centrali u minn Dr Sue Vella, lecturer tal-Politika Soċjali fl-Università ta’ Malta…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof f’Sibt il-Għid

  • Messaġġ tal-Arċisqof f’Sibt il-Għid
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, Valletta
    19 ta’ April 2014

    Ħuti, aħna fl-ewwel lezzjoni rajna fil-Ġenesi r-rakkont tal-ħolqien tal-bniedem, raġel u mara, xbieha tiegħu. Fl-ewwel żewġ kapitli li rajna llum tissemma biss dik li hi l-siġra tal-għarfien tat-tajjeb u l-ħażin. Imma fil-kapitlu tlieta tissemma siġra oħra u din is-siġra kien fiha frott ta’ l-immortalita, jiġifieri li l-bniedem ma jmutx…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fil-Ġimgħa l-Kbira

  • Messaġġ tal-Arċisqof fil-Ġimgħa l-Kbira
  • Konkatidral ta’ San Ġwann
    18 ta’ April 2014

    Aħna smajna il-kant tal-Passjoni tal-Mulej. Fir-rakkont Ġesu kien iċ-ċentru, imma rridu niftakru li fiċ-ċentru ta’ din  il-ġrajja hemm il-bniedem: il-bniedem fil-bidu, u l-bniedem, jiena u intom, li qegħdin ngħixu illum.

    Ir-raġuni hija ċara. Kieku l-bniedem ma dinibx Ġesu ma kienx jgħaddi minn dan kollu għax ma kienx ikollu bżonn…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof f’Ħamis ix-Xirka

  • Messaġġ tal-Arċisqof f’Ħamis ix-Xirka
  • Konkatidral ta’ San Ġwann
    17 ta’ April 2014

    Ħuti, aħna naqraw fil-Vanġelu  li qabel ma Sidna Ġesu Kristu ġie imsallab kien hemm żewġ għemejjel li hu ried jagħmel. L-ewwel għemil kien li hu jagħmel l-aħħar ikla mad-dixxipli tiegħu. U aħna llum se niċċelebraw din l-ikla. It-tieni ħaġa li għamel kien li mar quddiem Alla l-Missier u beda jitolbu u ġedded ix-xewqa tiegħu li hu,  Sidna Ġesu Kristu,  ried li jobdi lil Alla l-Missier…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 23 ta’ April

  • Il-Vanġelu tal-jum – 23 ta’ April
  • l-Erbgħa ta-Ottava tal-Għid
    Luke 24, 13-25

    Dak in-nhar stess ġara li tnejn minnhom kienu sejrin lejn raħal jismu Għemmaws, xi sittin stadju bogħod minn Ġerusalemm, jitħaddtu bejniethom fuq kull ma kien ġara. Huma u jitħaddtu u jitkixxfu bejniethom, Ġesù nnifsu resaq lejhom u baqa’ miexi magħhom. Imma għajnejhom kellhom xi jżommhom u ma setgħux jagħrfuh…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 22 ta’ April

  • Il-Vanġelu tal-jum – 22 ta’ April
  • It-Tlieta ta-Ottava tal-Għid
     
    Gwanni 20, 11-18

    Marija baqgħet ‘il barra mill-qabar, tibki. Kif kienet qiegħda tibki, tbaxxiet lejn il-qabar, u rat żewġ anġli lebsin l-abjad, bilqiegħda, wieħed in-naħa tar-ras u l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn kienu qiegħdu l-ġisem ta’ Ġesù. Huma qalulha: “Mara, għalfejn qiegħda tibki?” Hi wieġbet: “Għax ħadu lil Sidi, u ma nafux fejn qegħduh.” Kif qalet hekk, daret lura u rat lil Ġesù wieqaf, iżda ma ntebħitx li kien Ġesù…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 21 ta’ April

  • Il-Vanġelu tal-jum – 21 ta’ April
  • It-Tnejn tal-Ottava tal-Għid
    Mattew 28, 8-15

    Marija ta’ Magdala u Marija l-oħra telqu malajr minn ħdejn il-qabar, kollhom biża’ u ferħ kbir, u marru jiġru jagħtu l-aħbar lid-dixxipli tiegħu. U ara, ltaqa’ magħhom Ġesù u qalilhom: “Is-sliem għalikom.” Huma resqu lejh, qabdulu riġlejh u nxteħtu quddiemu. Mbagħad Ġesù qalilhom: “Tibżgħu xejn; morru wasslu l-aħbar lil ħuti biex jitilqu lejn il-Galilija; lili jarawni hemmhekk.” Huma u sejrin, xi wħud mill-għases marru l-belt għand  il-qassisin il-kbar u tawhom l-aħbar ta’ kull ma kien ġara…

  • Kompli aqra »