Arkivji mensili: April 2014

L-Isqof Mario Grech jiltaqa’ mal-President Marie-Louise Coleiro Preca

  • L-Isqof Mario Grech jiltaqa’ mal-President Marie-Louise Coleiro Preca
  • Waqt żjara ta’ kortesija li l-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech għamel lill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, it-Tnejn 14 ta’ April 2014, intqal li l-uffiċċju li l-President se jkollha f’Għawdex se jagħti opportunita’ li din il-Presidenza tkun aktar viċin tal-Għawdxin.

    Il-President Coleiro Preca qalet li prijorità ewlenija ta’ din il-Presidenza se jkunu t-tfal…

  • Kompli aqra »

L-Isqof Scicluna jiċċelebra l-Quddiesa ta’ Ħadd il-Palm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

  • L-Isqof Scicluna jiċċelebra l-Quddiesa ta’ Ħadd il-Palm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin
  • Nhar il-Ħadd 13 ta’ April 2014, l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna iċċelebra Quddiesa ta’ Ħadd il-Palm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. L-Isqof żar ukoll iċ-ċenaklu ħaj li qiegħed jiġi imtellgħa mir-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ kordin, fil-bini tal-Faċilità. Iċ-ċenaklu għandu storja li timxi fuq żewġ binarji, fuq naħa waħda l-istorja tradizzjonali tal-aħħar ċena , filwaqt li fuq naħa oħra l-istorja ta’ persuna li żbalja u spiċċa l-ħabs…

  • Kompli aqra »

Arċipriet ġdid għall-Parroċċa tal-Isla

  • Arċipriet ġdid għall-Parroċċa tal-Isla
  • L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Robin Camilleri bħala Arċipriet tal-parroċċa Marija Bambina, l-Isla (Senglea). 

    Dun Robin twieled il-Gżira fit-30 ta’ Mejju 1979 u joqgħod Ħal Luqa. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tal-Gżira u l-iskola sekondarja Vincenzo Bugeja, Birkirkara. Huwa kompla l-istudji terzjarji fil-Fakulta tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta.

    Dun Robin Camilleri ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju 2012 u serva bħala saċerdot fil-parroċċa ta’ Marija Bambina, l-Isla…

  • Kompli aqra »

14 – 20 ta’ April

  • 14 – 20 ta’ April
  • It-Tnejn          
    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

    It-Tlieta           
    9.00 a.m.         L-Arċisqof jieħu sehem f’laqgħa tal-Konferenza Episkopali, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
    4.30 p.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-bord tas-Seminarju, tal-Virtù.

    L-Erbgħa
    10.30 a.m.       L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan, Dun Ewkarist Zammit dwar il-Viżta Pastorali li saret fil-parroċċa tiegħu
    7.30 p.m.        L-Arċisqof imexxi l-Via Sagra Djoċesana fir-residenza għall-anzjani San Vinċenz de Paul, organizzata minn Radju RTK u mis-Segretarjat Pastorali tal-Knisja f’Malta…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof imexxi il-pellegrinaġġ tad-Duluri

  • L-Arċisqof imexxi il-pellegrinaġġ tad-Duluri
  • Nhar il-Ġimgħa 11 ta’ April 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. mexxa pellegrinaġġ devozzjonali fil-Belt Valletta, fl-okkazjoni tal-festa tad-Duluri. Għal dan il-pellegrinaġġ, u għal ohrajn li saru fil-parrocci, attendew eluf kbar ta’ nies.

  • Kompli aqra »

Ktieb għat-tfal dwar il-Papa Ġwanni Pawlu II

  • Ktieb għat-tfal dwar il-Papa Ġwanni Pawlu II
  • Nhar il-Ħamis 10 ta’ April 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. nieda ktieb għat-tfal dwar il-Papa Ġwanni Pawlu II, fl-iskola St Dorothy’s Ħaz-Żebbuġ. Kien preżenti wkoll il-kantant Gianluca Bezzina. Għal din l-attivita attendew l-istudenti tal-iskejjel St Dorothy’s Ħaz-Żebbuġ, St Dorothy’s tas-Sliema, St Joseph Blata l-Bajda, St Joseph tas-Sliema, St Francis B’Kara u St Monica Gzira…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ maż-żgħażagħ u l-adoloxxenti tal-Balluta u jippresiedi l-Assemblea Parrokjali

  • L-Arċisqof jiltaqa’ maż-żgħażagħ u l-adoloxxenti tal-Balluta u jippresiedi l-Assemblea Parrokjali
  • Nhar l-Erbgħa 9 ta’ April 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ maż-żgħażagħ u l-adolexxenti tal-Balluta. Aktar tard ippresieda l-Assemblea Parrokjali f’għeluq iż-Żjara Pastorali f’din il-parroċċa.

    Laqgħa maż-żgħażagħ u l-adoloxxenti

  • Assemblea Parrokjali

  • Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt…
  • Kompli aqra »

Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2014

  • Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2014
  • Nhar il-Ħadd 13 ta’ April 2014, il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Għal din l-okkażjoni, il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ) qed tniedi spot ta’ 30 sekonda u verżjoni itwal ta’ żewġ minuti biex jixxandru fil-media. It-tema tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2014, li ntagħżlet mill-Papa Franġisku, hi meħudha mill-Evanġelju ta’ San Mattew, “Ħenjin il-foqra fl-ispirtu għax tagħhom hija s-saltna tas-smewwiet” (Mt 5,3)…
  • Kompli aqra »

Festa ta’ Maħfra lejlet il-festa tad-Duluri

  • Festa ta’ Maħfra lejlet il-festa tad-Duluri
  • Il-Ħamis 10 ta’ April 2014, lejlet il-festa tad-Duluri, il-Knisja f’Malta qed terġa torganizza Festa ta’ Maħfra. Din l-attività saret għall-ewwel darba fuq livell Djoċesan fit-28 ta’ Marzu li għadda, festa ta’ Kristu Redentur. Dan wara li l-Papa Franġisku stieden lill-Insara kollha jipparteċipaw f’inizjattiva simili li saret fil-Bażilika ta’ San Pietru u f’diversi knejjes f’Ruma…

  • Kompli aqra »