• Ktieb għat-tfal dwar il-Papa Ġwanni Pawlu II

  • Nhar il-Ħamis 10 ta’ April 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. nieda ktieb għat-tfal dwar il-Papa Ġwanni Pawlu II, fl-iskola St Dorothy’s Ħaz-Żebbuġ. Kien preżenti wkoll il-kantant Gianluca Bezzina. Għal din l-attivita attendew l-istudenti tal-iskejjel St Dorothy’s Ħaz-Żebbuġ, St Dorothy’s tas-Sliema, St Joseph Blata l-Bajda, St Joseph tas-Sliema, St Francis B’Kara u St Monica Gzira. Il-ktieb “L-istorja tal-Papa Ġwanni Pawlu II” inkiteb minn Frank Żammit u Rita Saliba, u ġie ppublikat minn Kite Group.