Arkivji mensili: Lulju 2014

M’hemmx post fil-Knisja għal min iwettaq abbuż – il-Papa Franġisku

  • The following is the full text of the homily pronounced this morning by Pope Francis during the Mass celebrated in the Sanctae Marthae Chapel, attended by six victims of sexual abuse by members of the clergy.

    “The scene where Peter sees Jesus emerge after a terrible interrogation… Peter whose eyes meet the gaze of Jesus and weeps… This scene comes to my mind as I look at you, and think of so many men and women, boys and girls…

  • Kompli aqra »

Reazzjoni tal-Caritas għall-White Paper dwar ir-riforma tal-liġijiet dwar id-drogi tal-abbuż

    • Il-mira tal-Caritas Malta hija l-persuna umana u dak kollu li jista’ jgħin fl-iżvilupp personali tagħha.

      Il-Caritas Malta taqbel illi għandu jkun hemm riforma fil-liġijiet dwar id-drogi u tapprezza l-inizjattiva li ħa l-Gvern fil-White Paper li qed tiġi ppubblikata.

  • Il-Caritas Malta:

    • temmen illi l-għan tar-riforma għandu jkun illi d-droga tibqa’ titqies bħala ħaġa ħażina fiha nnfisha;
    • ma tnagħmilx distinzjoni bejn soft u hard drugs;
    • taqbel illi persuni li jinqabdu b’pussess ta’ droga għall-użu personali għall-ewwel darba għandu jkun hemm dipenilizzazzjoni tar-reat bil-għan illi persuna jsirilha assessment minn Aġenziji ta’ Riabilitazzjoni biex tingħatalhom kura u trattament skont il-ħtieġa;
    • issostni li t-traffikanti tad-droga għadhom jingħataw piena skont l-abbuż;
    • ittenni l-ħtieġa li jitwaqqaf il-Qorti tad-Droga biex il-proċessi kriminali ma jieħdux fit-tul u jsir assessment minn tim ta’ persuni professjonali dwar il-grad ta’ responsabbilta’ tal-persuna li għamlet ir-reat;
    • ma taqbilx mad-dikriminilizzazzjoni tal-kannabis kif proposta fil-White Paper…
  • Kompli aqra »

Transformers: Age of Extinction

  • ****

    Direttur:          Michael Bay
    Atturi:             Mark Wahlberg, Stanley Tucci, Kelsey Grammer, Nicola  Pelz, Jack Reynor, Sophia Myles u Li Bingbing
    Ħin tal-Film:    165 min
     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:     12A
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:          12

    Fiż-żmien il-preistoriku, esseri magħrufha bħala “Kreaturi” jikkawżaw it-tmiem ta’ kull ħajja fid-Dinja. Fil-preżent, l-arkeoloġista Darcy jiskopri dinosawru miksi b’metal mhux magħruf. Jgħaddu ħames snin mill-Battalja ta’ Chicago u Cade Yeager, armel u nventur u sieħbu Lucas, jixtru vettura qadima biex iħottuha u bil-flus li jdaħħlu, Cade jkun jista’ jħallas għall-edukazzjoni għolja ta’ bintu Tessa…

  • Kompli aqra »

Chef

  • ***

    Direttur:        Jon Favreau
    Atturi:            Jon Favreau, John Leguizamo, Bobby Cannavale, Emjay Anthony
    Ħin:                115 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura:  15
    Klassifika tal-Knisja:       18
     
    Carl Casper, iċ-chef f’restaurant ta’ klassi f’Los Angeles, għaddej minn kriżi ta’ mezz’ eta’ minħabba li jħossu ffrustrat għax ikollu l-ħin kollu jipprepara l-istess platti, kif irid il-kap konservattiv tiegħu Riva li ma jħallilu l-ebda spazju biex juri l-kreattivita’ tiegħu…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof waqt it-Translazzjoni ta’ San Ġwann Battista

  • Konkatidral ta’ San Ġwann
    5 ta’ Lulju 2014

    Ħuti, intom tafu li minbarra t-twelid ta’ Ġesu u minbarra t-twelid ta’ Marija, fis-sena liturġika aħna niċċelebraw biss it-twelid ta’ Ġwanni l-Battista. Jista’ jkun hemm ħafna raġunijiet għaliex it-twelid ta’ Ġwanni l-Battista niċċelebrawh b’tant solennita imma jien naħseb li waħda mir-raġunijiet hija propju għaliex il-missjoni ta’ Ġwanni l-Battista kienet unika…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fil-pussess tal-Kappillan Patri Salvino Spagnol OCD

  • Ta’ Xbiex
    2 ta’ Lulju 2014

    Ħuti, illum se jibda l-missjoni tiegħu Patri Salv bħala kappillan ta’ din il-parroċċa. X’inhi parroċċa? Parroċċa hija żewġ realtajiet: l-ewwelnett hija realta ta’ dawk li jiltaqgħu bħala komunita kif qegħdin aħna hawnhekk. Aħna l-komunita li hija l-parroċċa. Imma mbagħad meta ngħidu li hemm parroċċa rridu ngħidu wkoll li meta l-Isqof għamilha parroċċa taha territorju biex tevanġelizzaħ, fil-każ tagħna ta’ Xbiex…

  • Kompli aqra »

7 – 13 ta’ Lulju

  • It-Tnejn
    9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

    It-Tlieta
    10.00 a.m.       L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ grupp ta’ studenti Awstraljani li qegħdin jagħmlu Pellegrinaġġ Pawlin, il-Kurja.
    11.15 a.m.       L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti tal-parroċċa tal-Qrendi, dwar il-ħatra ta’ Kappillan ġdid, il-Kurja.
    3.30 p.m.         L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq l-RTK.

    L-Erbgħa
     
    Il-Ħamis
    7.30 p.m.         L-Arċisqof jattendi ċ-ċerimonja ta’ gradwazzjoni għal dawk li temmew b’suċċess il-programm ta’ rijabilitazzjoni mill-użu tad-droga, organizzata mill-Caritas Malta, f’San Blas…

  • Kompli aqra »

€476,000 b’risq id-Dar tal-Providenza

  • Nhar il-Ħadd 7 ta’ Lulju 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona żar il-Maratona tal-Volleyball li saret b’risq id-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi. Matul din il-maratona ħadu sehem 300 voluntier u 40 plejer, bis-somma totali miġbura tilħaq €476,218.

  • Ritratti: Photocity
    www.photocitymalta.com

  • Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-Parroċċa tal-Ħamrun (Immakulata Kunċizzjoni)

  • L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Mario Mifsud bħala kappillan tal-parroċċa Immakulata Kunċizzjoni, il-Ħamrun.

    Dun Mario Mifsud twieled fis-17 ta’ Mejju 1963 u trabba l-Ħamrun. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja fil-Ħamrun u dik sekondarja fil-Lyceum u fis-Seminarju tal-Arċisqof. Kompla l-istudji terzjarji fl-Università ta’ Malta fejn iggradwa bħala accountant fl-1988. Fl-istess sena, daħal is-Seminarju Maġġuri u kompla l-istudji fil-Fakultà tat-Teoloġija, fl-Università…

  • Kompli aqra »

It-Tisħiħ tal-Familja jnaqqas il-Faqar

  • Is-Segretarjat għal-Lajci b’kollaborazzjoni mal-Moviment ta’ Kana qiegħed jorganizza laqgħa ta’ diskussjoni pubblika.  It-Tema ser tkun: “It-Tisħiħ tal-Familja jnaqqas il-Faqar”.
     
    Il-panel se jkun magħmul mill-Onorevoli Membri Parlamentari Clyde Puli, Deborah Schembri, Marthese Portelli u l-Ministru għall-Familja Michael Farrugia. Magħhom jieħu sehem Dun Joe Mizzi, Direttur tal-Moviment ta’ Kana.  Ikun hemm ukoll ħin għal interventi minn dawk preżenti…

  • Kompli aqra »