Kappillan ġdid għall-Parroċċa ta’ Raħal Ġdid (Kristu Re)
31/08/2014-
L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Marc Andrè Camilleri, mill-parroċċa tas-Salvatur, Ħal Lija, bħala kappillan tal-parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid.
Dun Marc Andrè Camilleri twieled fil-15 ta Awissu 1984. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja ta’ Ħ’Attard, l-edukazzjoni sekondarja fis-Seminarju Minuri tal-Virtù, u l-edukazzjoni post-sekondarja fil-Junior College, l-Imsida. Kompla l-istudju terzjarji (Filosofija u Teoloġija) fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta…