Arkivji mensili: Jannar 2015

Postijiet għat-tfal fl-iskejjel tal-Knisja fl-ewwel sena Kindergarten u fl-Ewwel Sena Primarja

  • Postijiet għat-tfal fl-iskejjel tal-Knisja fl-ewwel sena Kindergarten

    Fit-2, it-3 u d-9 ta’ Frar ser jintlaqgħu l-applikazzjonijiet tat-tielet kriterju “Applikanti Oħra” għall-ewwel sena kindergarten għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja għas-sena skolastika 2015-2016. Aktar dettalji jinsabu fir-Regolamenti tad-Dħul li jinsabu fuq il-websajt tal-Knisja f’Malta.

    F’Novembru 2014 saru l-applikazzjonijiet skont l-Ewwel Kriterju għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Settembru 2015 għas-sena skolastika 2015-2016. Hawn taħt qed nagħtu rendikont ta’ kemm applikaw u kemm baqa’ postijiet vakanti għall-Ewwel Sena Kindergarten…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 31 ta’ Jannar

  • San Mark 4:35-41  Dakinhar, xħin sar filgħaxija qalilhom: “Ejjew naqsmu  għax-xatt l-ieħor.” Ħallew in-nies, u ħaduh magħhom kif kien fid-dgħajsa; u marru miegħu dgħajjes oħra. U qam riefnu kbir, u l-mewġ beda tiela’ għal ġod-dgħajsa, hekk li kienet ġa bdiet timtela  bl-ilma. Hu kien fil-poppa, rieqed fuq imħadda. Qajjmuh u qalulu: “Mgħallem, dan qisu m’hu xejn għalik li aħna se nintilfu?” Mbagħad qam, ordna lir-riħ u qal lill-baħar: “Iskot! …
  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Isqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Frar 2015

  • Il-Ħadd l-1 ta’ Frar 2015, fil-11.00 a.m., l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, ser jiċċelebra Quddiesa fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħajja. Fis-6.30 ta’ filgħaxija, l-Isqof ser jiċċelebra Quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla, fil-knisja parrokkjali tal-Fgura, f’għeluq il-ħamsin sena mit-twaqqif ta’ din il-parroċċa.

    Nhar it-Tnejn, 2 ta’ Frar, festa tal-preżentazzjoni tal-Mulej fit-tempju, il-Knisja Universali tiċċelebra Jum il-Ħajja Kkonsagrata. Fit-8.30 ta’ filgħodu, l-Isqof Charles J…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: Le għall- ‘Privatizzazzjoni tal-Fidi’

  • Pope Francis says ecclesial elites who form cliques and scorn others are privatizing the faith and not following the way of Jesus.  His words came during his homily at morning Mass on Thursday (29th January) celebrated in the Santa Marta residence. 

    The Pope’s homily was a reflection on the need for Christians to follow Jesus in the way that He wants and not to follow incorrect models such as privatizing our faith. 

    “It’s true, Jesus has saved us all, but not in a general fashion.  All of us, each one with their name and surname.  And this is our personal salvation.  I am truly saved, the Lord looked at me, gave his life for me, opened this door, this new life for me and each of us can say ‘For me.’  But there’s a danger of forgetting that He saved us individually but at the same time as part of his people or community.  His people…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 30 ta’ Jannar

  • San Mark 4:26-34

    U qal: “Is-Saltna ta’ Alla hi bħal meta raġel ikun xeħet  iż-żerriegħa fl-art. Rieqed jew imqajjem, bil-lejl jew binhar, iż-żerriegħa tinbet u tikber, bla ma jaf kif. L-art trodd minnha nfisha l-ewwel il-barma, mbagħad is-sbula, mbagħad il-qamħ mimli fis-sbula. U meta l-frott isir, malajr il-bidwi jmidd idu  għall-minġel, għax ikun wasal żmien il-ħsad.” U qal: “Ma’ xiex sejrin inqabbluha s-Saltna ta’ Alla, jew b’liema parabbola nfissruha? …

  • Kompli aqra »

Il-Knisja f’Malta tiċċelebra l-Ħajja Kkonsagrata

  • Jum il-Ħajja Kkonsagrata jiġi ċċelebrat kull sena fit-2 ta’ Frar. Din is-sena, din iċ-ċelebrazzjoni għandha tifsira speċjali għaliex il-Papa Franġisku ddedika l-2015 għall-Ħajja Kkonsagrata, jiġifieri għall-membri tal-ordinijiet u l-kongregazzjonijiet reliġjużi.

    Għal din l-okkażjoni ser issir ċelebrazzjoni nhar it-Tnejn, 2 ta’ Frar 2015, li għaliha qed jiġu mistiedna kemm il-membri tal-ħajja kkonsagrata, kif ukoll is-saċerdoti djoċesani u l-lajċi, biex flimkien jiċċelebraw il-ħajja kkonsagrata bħala don ta’ Alla lill-Knisja…

  • Kompli aqra »

Omelija ta’ Fr Charles Tabone fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Franġisk de Sales

  • Nhar it-23 ta’ Jannar 2015, ġiet iċċelebrata Quddiesa organizzata mid-direttorju tal-AKM u l-gazzetta Lehen is-Sewwa fl-okkazjoni tal-Festa ta’ San Frangisk de Sales. Il-Quddiesa ġiet iċċelebrata mid-Delegat tal-Arċisqof għall-Mezzi tal-Komunikazzjoni Soċjali, Fr Charles Tabone O.P. 

    San Franġisk de Sales, il-ġurnalisti u dak li ġara fi Franza

    Il-festa ta’ San Franġisk de Sales, il-padrun tal-ġurnalisti, niċċelebrawha kull sena, biss inħoss li din is-sena għandha tifsira partikolari minħabba dak li ġara fi Franza…

  • Kompli aqra »

Udjenza Ġenerali: Il-Papa jiffoka fuq l-irwol tal-Missier fil-ħajja tal-familja

  • Pope Francis called on fathers to be present in the lives of their children pointing out that the absence of a ‘father figure’ can have grave consequences.

    Speaking on Wednesday during the weekly General Audience, the Pope continued in his catechesis on the family, choosing to focus on the dignity and role of fathers.

    He said that teaching us to call God our Father, Jesus gave new depth and richness to this relationship, so fundamental to the life of society…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 29 ta’ Jannar

  • San Mark 4:21-25

    U qalilhom: “Jaqaw il-musbieħ iġibuh biex iqegħduh taħt  is-siegħ jew taħt is-sodda? M’hux fuq l-imnara jqegħduh? Għax ma hemm xejn moħbi jekk mhux biex jingħaraf, u xejn ma hu mistur jekk mhux biex jinġieb għad-dawl. Jekk hawn min għandu widnejn biex jisma’, ħa jisma’!”
     
    U qalilhom: “Oqogħdu attenti x’tisimgħu! Bl-istess kejl li tkejjlu intom jitkejjel lilkom, u jingħatalkom iżjed ukoll…

  • Kompli aqra »