Arkivji mensili: Marzu 2015

Il-Papa Franġisku: Iftħu qalbkom għall-ħniena mingħand Ġesù

  • Pope Francis on Sunday evening celebrated Mass at the parish of Santa Maria Madre del Redentore in the Roman suburb of Tor Bella Monaca.

    In his homily, the Holy Father said we cannot fool Jesus, acting like saints when we’re around the church, but living our daily lives like pagans. Jesus knows what is in the heart of man…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 9 ta’ Marzu

  • San Luqa 4:24-30

    U żied jgħidilhom: “Tassew, ngħidilkom, ebda profeta ma jilqgħuh tajjeb f’pajjiżu. Għax, ngħidilkom is-sewwa, kien hemm bosta romol f’Iżrael fi żmien Elija meta s-sema baqa’ tliet snin u sitt xhur magħluq u waqa’ ġuħ kbir fil-pajjiż kollu; madankollu għand ħadd minnhom ma ntbagħat Elija, imma għand waħda armla minn Sarefta ta’ Sidon. U kien hemm bosta lebbrużi f’Iżrael fi żmien il-profeta Eliżew, imma ħadd minnhom ma ġie mfejjaq ħlief Nagħman tas-Sirja.” Meta semgħu dan fis-sinagoga kulħadd imtela bil-korla; qamu, u ħarġuh ‘il barra mill-belt, ħaduh fuq xifer ta’ rdum ta’ l-għolja li fuqha kienet mibnija l-belt tagħhom, u riedu jixħtuh minn hemm fuq għal isfel…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof-elett imexxi pellegrinaġġ penitenzjali fiż-Żurrieq

  • Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu 2015, l-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna mexxa Pellegrinaġġ Penitenzjali fir-raħal taż-Żurrieq li ntemmet b’quddiesa fil-Knisja Parrokkjali.

    L-Omelija tal-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna fil-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq

  • Knisja Parrokkjali, Iż-Żurrieq

    6 ta’ Marzu 2015

    Fil-ġimgħat ta’matul ir-Randan, kull nhar ta’ Ġimgħa, il-qari jfakkarna u jippreparana f’dak li se niċċelebraw fil-Ġimgħa il-Kbira…

  • Kompli aqra »

It-Tielet Ħadd tar-Randan

  • L-Ewwel Qari

    Mill-Ktieb tal-Eżodu 20:1-17

    Alla kellimhom u qalilhom dan kollu: “Jiena hu l-Mulej, Alla tiegħek, li ħriġtek mill-art ta’ l-Eġittu, minn dar il-jasar.

    “Ma jkollokx allat oħra għajri. La tagħmilx għalik suriet minquxa u ebda xbieha ta’ ebda ħaġa li hemm fl-għoli  tas-sema, jew isfel fl-art, jew fil-baħar taħt l-art. La tmilx quddiemhom: la tadurahomx għaliex jiena hu l-Mulej Alla tiegħek, Alla għajjur, li npatti l-ħażen tal-missirijiet fuq l-ulied sat-tielet u r-raba’ ġenerazzjoni lil dawk li jobogħduni; imma nagħder sa l-elf nisel lil min iħobbni u jżomm il-kmandamenti tiegħi. “La ssemmix l-isem tal-Mulej, Alla tiegħek, fix-xejn: għaliex lil min isemmi l-isem tiegħu fix-xejn, il-Mulej ma jħallihx bla kastig…

  • Kompli aqra »

Żjara ta’ korteżija mill-Arċisqof-elett lill-Prim Ministru u lill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti

  • Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu 2015, l-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna għamel żjara ta’ korteżija lill-Onor. Prim Ministru Dr Joseph Muscat, fil-Berġa ta’ Kastilja, u lill-President tal-Kamra tar-Rappreżentanti, l-Onor. Dr Anġlu Farrugia, fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta. 
     

    Messaġġ tal-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna lill-Onor. Prim Ministru Dr Joseph Muscat

    Nirringrazzjak Onor. Prim Ministru ta’ din il-laqgħa kordjali tiegħek u tal-kliem tiegħek…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 7 ta’ Marzu

  • San Luqa 15:1-3.11-32 TIl-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu bi ħġarhom biex jisimgħuh. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom!” U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola: Qalilhom ukoll: “Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied. Iż-żgħir qal lil missieru, ‘Missier, agħtini s-sehem li jmiss lili mill-ġid.’ U dak qassmilhom il-ġid. Ma kinux għaddew wisq ġranet, meta ż-żgħir sarr kollox u telaq minn beltu lejn pajjiż imbiegħed, u hemmhekk berbaq ġidu kollu f’ħajja mtajjra. Meta ħela kull ma kellu, fuq dak il-pajjiż waqa’ ġuħ kbir, u beda jħoss ruħu fil-bżonn. U mar daħal ma’ wieħed minn dak il-pajjiż, li bagħtu fir-raba’ tiegħu jirgħa l-ħnieżer. Kien jixtieq kieku jimla żaqqu mqar bil-ħarrub li kienu jieklu l-ħnieżer, imma ħadd ma kien jagħtih. Mbagħad daħal fih innifsu u qal, ‘Kemm lavranti ma’ missieri għandhom ħobż bix-xaba’ , u jien qiegħed hawn immut bil-ġuħ! Ħa nqum u mmur għand missieri, u ngħidlu, ‘Missier, dnibt kontra s-sema u kontra tiegħek; ma jistħoqqlix iżjed nissejjaħ ibnek; żommni b’wieħed mil-lavranti tiegħek.’ Qam, u telaq għal għand missieru…
  • Kompli aqra »

Żjara ta’ korteżija mill-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna lill-President ta’ Malta

  • Il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu 2015, l-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna għamel żjara ta’ korteżija lill-E.T. il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca. Iż-żjara saret fil-Palazz ta’ San Anton, Ħ’Attard.

    Messaġġ tal-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna lill-E.T. il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca

  • Palazz ta’ San Anton, Ħ’Attard

    6 ta’ Marzu 2015

    Eċċellenza,

    Grazzi tal-merħba li qed tagħtini…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna lill-Onor. Anġlu Farrugia, l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti

  • Palazz tal-President, l-Belt Valletta

    6 ta’ Marzu 2015

    Onor. Speaker,

    L-ewwelnett nirringrazzjak ħafna ta’ din il-laqgħa kordjali, u nsellem permezz tiegħek ukoll lill-membri kollha tal-Parlament. Illum mhux qed niltaqgħu biss bhala kollegi fil-formazzjoni tal-Korp tal-pulizija iktar minn għoxrin sena ilu, iżda anke bħala Arċisqof ta’ din id-Djoċesi daqshekk għażiża – komunità ta’ fidi li fil-pajjiż għandha għeruq profondi u għandha wkoll patrimonju ta’ kultura, mhux biss ta’ arti u letteratura u tant affarijiet oħra li jispiraw l-arti imma wkoll il-qalb Maltija…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna lill-Onor. Prim Ministru Dr Joseph Muscat

  • Il-Berġa ta’ Kastilja, l-Belt Valletta

    6 ta’ Marzu 2015

    Nirringrazzjak Onor. Prim Ministru ta’ din il-laqgħa kordjali tiegħek u tal-kliem tiegħek. Ir-risposta għal dak li għedt hija fuq tlett punti. L-ewwelnett, l-awtonomija bejn il-Knisja u l-Istat li nħoss hija valur importanti fl-epoka li qegħdin ngħixu fiha. Awtonomija li tfisser ukoll rispett reċiproku, kif għedt int, fid-distinzjoni tar-rwoli…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna lill-E.T. il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca

  • Palazz ta’ San Anton, Ħ’Attard

    6 ta’ Marzu 2015

    Eċċellenza,

    Grazzi tal-merħba li qed tagħtini. Jiena nwegħdek il-kooperazzjoni sħiħa tiegħi u tal-Knisja Kattolika f’din il-missjoni li għandek bħala Kap tal-Istat, jiġifieri li tkun ukoll sinjal tal-għaqda tar-Repubblika, tas-sikurezza, tal-għajnuna soċjali. Nirringrazzjak ukoll, mhux biss f’isem il-Knisja, imma f’isem tant NGOs Kattoliċi, tas-sapport kontinwu tiegħek, tal-ispirazzjoni tiegħek, tal-qalb ġeneruża tiegħek li hija wkoll ta’ xhieda sabiħa għalina bħala Nsara…

  • Kompli aqra »