Arkivji mensili: Settembru 2015

Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni ta’ Jum l-Indipendenza 2015

  • It-Tnejn 21 ta’ Settembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fl-okkażjoni ta’ Jum l-Indipendenza.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Eċċellenza Aġent-President, Onoreveli Prim Ministru, Onorevoli Speaker, Onorevoli Kap tal-Oppożizzjoni, għeżież membri tal-Ġudikatura, personalitajiet distinti; qed nieħu pjaċir nara wkoll diversi Membri Parlamentari u Ministri; Presidenti Emeriti ta’ Malta nixtieq insellmilkom u nirringrazzjakom ta’ dak kollu li għamiltu u għadkom tagħmlu għal pajjiżna…

  • Kompli aqra »

The Gospel of the day: 20th September

  • San Mark 9:30-37

    Telqu minn hemm u għaddew minn nofs il-Galilija, u ma ried li ħadd ikun jaf, għax beda jgħallem lid-dixxipli tiegħu u jgħidilhom: “Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-bnedmin u joqtluh; u meta jkun maqtul, wara tlitt ijiem iqum mill-mewt.” Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u beżgħu jistaqsuh. Waslu Kafarnahum; u meta kienu d-dar staqsiehom: “X’kontu qegħdin titħaddtu bejnietkom fit-triq?” Iżda huma baqgħu siekta, għax fit-triq kienu qagħdu jitħaddtu bejniethom fuq min kien  l-akbar. Mbagħad qagħad bilqiegħda, sejjaħ it-Tnax, u qalilhom: “Jekk xi ħadd irid ikun l-ewwel wieħed, għandu joqgħod wara kulħadd u jkun qaddej ta’ kulħadd.” U ressaq lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f’nofshom, ħaddnu bejn dirgħajh u qalilhom: “Kull min jilqa’ wieħed minn dawn iċ-ċkejknin minħabba f’ismi, ikun jilqa’ lili; u min jilqa’ lili, ikun jilqa’ mhux lili, imma lil dak li bagħatni.”

    Qaddisin tal-jum: Sant Indrija Kim Taegon u San Paul Chong Hasang u l-kumpanji tiegħu, Martri, San Ewstazju u l-kumpanji tiegħu, Martri

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mit-twaqqif tad-Dar tal-Providenza

  • Nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Settembru, l-Arċisqof Chrales J. Scicluna iċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mit-twaqqif tad-Dar tal-Providenza, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
     

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta 

    18 ta’ Settembu 2015

    Insellem lilek President tar-Repubblika u nirringrazzjak tal-preżenza tiegħek f’din il-festa ta’ ringrazzjament…

  • Kompli aqra »

Il-Papa: ħadd ma jista’ jibqa’ jinnega l-atroċitajiet u l-ksur tad-drittijiet umani fir-Sirja u l-Iraq

  • “One of the most overwhelming human tragedies of recent decades are the terrible consequences that the conflicts in Syria and Iraq have on civilian populations as well as on cultural heritage. Millions of people are in distressing state of urgent need. They are forced to leave their native lands. Lebanon, Jordan and Turkey today carry the weight of millions of refugees, which they have generously received…

  • Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-Parroċċa ta’ Stella Maris, Tas-Sliema

    • L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Mons. Anton Portelli bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ Stella Maris, tas-Sliema.

      Dun Anton Portelli twieled fis-6 ta’ Mejju 1947. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja fl-iskola ta’ St Joseph, il-Belt Valletta, u l-edukazzjoni sekondarja u post-sekondarja fis-Seminarju, il-Furjana. Kompla l-istudji terzjarji ta’ Baċellerat fl-Arti, u Liċenzjat fil-Filosofija u t-Teoloġija, fl-Università ta’ Malta. Kiseb ukoll Masters f’Human Resource Development

  • Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-Parroċċa ta’ Santa Marija, Birkirkara

    • L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Reuben Deguara bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ Santa Marija, Birkirkara.

      Dun Reuben Deguara twieled fit-21 ta’ Lulju 1971. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja fl-iskola tal-Mosta, l-edukazzjoni sekondarja fil-Liċeo M.A. Vassalli, Tal-Ħandaq, u kompla s-6th Form fil-Junior College, l-Imsida. Kompla l-istudji terzjarji (Filosofija u Teoloġija), u Liċenzjat fit-Teoloġija Pastorali, fl-Università ta’ Malta.

      Dun Reuben ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju 1997…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Settembru

    • San Luqa 8:4-15

      Nġemgħet kotra kbira ta’ nies li kienu ġejjin lejh minn kull belt, u hu qalilhom din il-parabbola: “Wieħed bidwi ħareġ jiżra’ ż-żerriegħa li kellu. Huwa u jiżra’, xi żerrigħat waqgħulu mal-mogħdija u ntrifsu, u l-għasafar ta’ l-ajru naqqruhom kollha. Oħrajn waqgħu fuq il-blat, u nibtu u nixfu, għax tira ma kellhomx. Oħrajn waqgħu qalb ix-xewk, u x-xewk kiber magħhom u ħonoqhom. Oħrajn waqgħu f’art tajba, u nibtu u għamlu l-frott kull waħda mija.” Kif qal dan, rafa’ leħnu u qal: “Min għandu widnejn biex jisma’, ħa jisma’!” Id-dixxipli tiegħu staqsewh x’kienet dik il-parabbola. U hu qalilhom: “Lilkom ingħata li tagħrfu l-misteri tas-Saltna ta’ Alla, iżda lill-bqija bil-parabboli, biex iħarsu u ma jarawx, u jisimgħu u ma jifhmux…

  • Kompli aqra »

L-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tal-Knisja tikkundanna l-mossa tal-MUT

  • L-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tal-Knisja tikkundanna l-mod li bih, l-MUT esprimiet il-fehma tagħha dwar it-tħaddim tal-impjegati fl-iskejjel tal-knisja, minħabba fl-użu ta’ stqarrijiet mill-iżjed ġenerali, u l-injorament tal-proċeduri kif imniżżla fil-ftehim bejn l-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi u l-MUT b’risq it-tħaddim tal-għalliema fl-iskejjel tal-Knisja (2011, Taqsima Ċ, paragrafu 3 dwar il-proċeduri inġusti). Imġiba repetittiva u abbużiva bħal din min-naħa tal-MUT fil-konfront tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika u l-kapijiet tal-iskejjel tal-Knisja, minbarra li jonqos mir-rispett, ixekkel l-iżvilupp tal-edukazzjoni f’Malta…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Settembru

    • San Luqa 8:1-3

      Wara dan Ġesu qagħad idur l-ibliet u r-rħula, jippriedka u jxandar l-Evanġelju tas-Saltna ta’ Alla. Kellu miegħu t-Tnax u xi nisa li kien fejjaqhom mill-ispirti ħżiena u mill-mard: Marija, li kienu jgħidulha ta’ Magdala, li minnha kienu ħarġu seba’ xjaten, Ġwanna, mart Ħuża, prokuratur ta’ Erodi, Susanna, u ħafna oħrajn, li kienu jaqduhom minn ġidhom.

      Saint of the day: St…

  • Kompli aqra »