Yearly Archives: 2015

Il-Papa jiċċelebra Quddiesa għal isqfijiet u kardinali mejtin

  • Pope Francis on Tuesday celebrated Mass in St Peter’s Basilica for all the cardinals and bishops who have died over the past year. Recalling with gratitude the vocation of those Church leaders, the Pope noted that the principle task of all ordained ministers is that of service to others.

    Pope Francis said just as Jesus knelt to wash the feet of his closest disciples, so he calls all his ministers today to renew their commitment to service in his Church…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Novembru

  • San Luqa 14:25-33

    Kotra kbira ta’ nies kienet miexja miegħu; hu dar lejhom u qalilhom:”Min jiġi għandi ma jistax ikun dixxiplu tiegħi jekk ma jobgħodx lil missieru u ‘l ommu u lil martu u lil uliedu, ‘l ħutu subjien u bniet, u saħansitra lilu nnifsu. Min ma jerfax salibu u jimxi warajja ma jistax ikun dixxiplu tiegħi. “Għax min minnkom ikun irid jibni torri u ma joqgħodx bilqiegħda biex l-ewwelnett iqis in-nefqa, ħalli jara għandux biżżejjed biex iwassal sa l-aħħar? Għax jekk jiġrilu li jqiegħed is-sisien biex imbagħad ma jkunx jista’ jtemm il-bini, kull min jarah jibda jwaqqgħu għaċ-ċajt u jgħid, ‘Dan il-bniedem beda jibni u ma kellux il-ħila jkompli sa l-aħħar.’ Jew liema sultan, li jkun sejjer jagħmel gwerra kontra sultan ieħor, ma joqgħodx l-ewwel bilqiegħda biex jara jekk jistax b’għaxart elef raġel iħabbatha ma’ min ġej għalih b’għoxrin elf ruħ? Għax inkella, meta l-ieħor ikun għadu ‘l bogħod, ikollu jibgħatlu ambaxxata biex jitolbu l-ftehim għall-paċi. Hekk ukoll ħadd ma jista’ jkun dixxiplu tiegħi jekk ma jitlaqx ġidu kollu…

  • Kompli aqra »

“Ħudu ħsieb li bħala djakni tal-Knisja, tpoġġu l-balzmu li jġib is-serħan kull fejn taraw li hemm ferita” – L-Arċisqof lis-seba’ djakni ġodda

  • Nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Ottubru 2015, sitt seminaristi u fra tal-Ordni tal-Minuri Konventwali ġew ordnati djakni mill-Arċisqof Charles J. Scicluna, waqt Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan Martri, Ħal Qormi.

    Id-djakni l-ġodda huma: Fra Allister Marija Aquilina OFM Conv., Rev. Sergio Fenech u Rev. Mark Mallia Pawley mill-Parroċċa ta’ San Sebastjan Martri, Ħal Qormi, Rev. Claude Mifsud mill-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta, Rev…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Novembru 2015

  • Nhar il-Ħadd l-1 ta’ Novembru 2015, fid-9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Qaddisin kollha, fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Fil-11:00 a.m. Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa b’suffraġju għall-membri mejtin tal-Kulleġġ St Edwards, il-Birgu. Fl-4:30 p.m. Monsinjur Arċisqof jamministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti fil-Parroċċa ta’ Ħad Dingli.

    Nhar it-Tnejn 2 ta’ Novembru, fit-8:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Għid tal-Imwiet, fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta…

  • Kompli aqra »

Macbeth

  • Direttur: Justin Kurzel

    Atturi: Michael Fassbender, Marion Cotillard, Jack Reynor

    Ħin: 113 minuti

    Klassifika tal-Gvern: 15

    Klassifika tal-Knisja: 15

    Fid-dramm ċelebri ta’ Shakespeare, Macbeth hija l-istorja traġika ta’ ġeneral Skoċċiża li sseħħ madwar 400 sena ilu waqt gwerra ċivili. Macbeth ikun ġeneral qalbieni tal-armata tar-re. Huwa ssirlu profezija li ġurnata waħda għad isir ir-re ta’ l-Iskozja…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jappella għall-waqfien mill-vjolenza fir-Repubblika Ċentrali Afrikana

  • Pope Francis visited the crypt beneath St. Peter’s Basilica in the Vatican on Monday evening, for a time of private prayer for the repose of the souls of his predecessors in the office of bishop of Rome, who have departed this life. 

    It is a tradition for Popes to pray for their departed predecessors in this way on the Solemnity of All Souls – the day on which the whole Church prays for the dead, recommending friends, enemies, loved-ones, relatives and strangers alike to the mercy of God…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Novembru

  • San Luqa 14:15-24

    Wieħed minn dawk li kienu miegħu għall-mejda, meta semgħu jgħid dan, qallu: “Hieni min jiekol il-ħobż fis-Saltna ta’ Alla!” Iżda hu wieġeb: “Wieħed raġel għamel pranzu kbir u stieden ħafna nies. Meta sar il-ħin għall-ikel, bagħat lill-qaddej tiegħu għand il-mistednin biex jgħidilhom, ‘Ejjew, għax ġa lest kollox.’ Imma lkoll xorta waħda bdew isibu xi skuża. L-ewwel wieħed qallu, ‘Xtrajt għalqa, u jeħtieġli mmur naraha; nitolbok tagħdirni.’ Ieħor qallu, ‘Xtrajt ħames żwieġ barrin, u sejjer nara x’jagħtu; nitolbok tagħdirni.’ Ieħor qallu, ‘Iżżewwiġt, għalhekk ma nistax niġi.’ Il-qaddej raġa’ lura għand sidu u qallu kollox…

  • Kompli aqra »

Tnedija ta’ ktieb u ħatra ta’ Penitenzier għall-Ġublew tal-Ħniena

  • Nhar is-Sibt 31 ta’ Ottubru 2015, saret it-tnedija uffiċjali tal-ktieb ‘The Quest for Authenticity and Human Dignity’, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Il-ktieb huwa ġabra ta’ 26 artiklu dwar temi differenti minn akkademiċi Maltin u barranin, fl-okkażjoni ta’ għeluq is-70 sena tal-Professur Dun Ġorġ Grima, moralista magħruf u Dekan tal-Fakultà tat-Teoloġija sal-2007. L-edituri tal-ktieb huma l-Professur Dun Manuel Agius u l-Professur Dun Hector Scerri…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Novembru

  • San Mattew 25:31-46

    “Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, mbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu.  U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug. Mbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta’ fuq il-lemin tiegħu, ‘Ejjew, mberkin minn Missieri, ħudu b’wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa  mill-ħolqien tad-dinja. Għax jien kont bil-ġuħ u tmajtuni, kont bil-għatx u sqejtuni, kont barrani u lqajtuni, kont għeri u libbistuni, kont marid u ġejtu tarawni, kont fil-ħabs u ġejtu żżuruni.’ Mbagħad iweġbuh il-ġusti, ‘Mulej’, jgħidulu, ‘meta rajnik bil-ġuħ u tmajnik, jew bil-għatx u sqejnik ? Meta rajnik barrani u lqajniek, jew għeri u libbisniek? Meta rajnik marid jew fil-ħabs u ġejna nżuruk?’ U s-Sultan iweġibhom u jgħid, ‘Tassew, ngħidilkom, kull ma għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi.’  

    Mbagħad jgħid ukoll lil dawk ta’ fuq ix-xellug, ‘Morru minn quddiemi, misħutin, fin-nar ta’ dejjem li tħejja għax-xitan u għall-anġli tiegħu. Għax jien kont bil-ġuħ u ma tmajtunix, kont bil-għatx u ma sqejtunix, kont barrani u ma lqajtunix, kont għeri u ma libbistunix, kont marid u fil-ħabs u ma ġejtux iżżuruni! Mbagħad huma wkoll iweġbuh, ‘Mulej,’ jgħidulu, ‘meta rajniek bil-ġuħ, jew bil-għatx, jew barrani, jew għeri, jew marid, jew fil-ħabs, u aħna ma waqafniex miegħek?’ Iweġibhom imbagħad u jgħidilhom, ‘Tassew, ngħidilkom, dak li ma għamiltux ma’ wieħed minn dawk iż-żgħar, anqas miegħi ma għamiltuh.’ U dawn imorru fit-tbatija ta’ dejjem u l-ġusti fil-ħajja ta’ dejjem…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: L-1 ta’ Novembru

    • Solennita’ tal-Qaddisin kollha

      San Mattew 5:1-12a

       Kif ra l-folol, Ġesù tala’ fuq il- muntanja, qagħad bilqiegħda, u resqu lejh id-dixxipli tiegħu. Fetaħ fommu u qabad jgħallimhom u jgħid:

      “Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.

      Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa.

      Henjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom b’wirthom l-art.

      Henjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx  tal-ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħin…

  • Kompli aqra »