Arkivji mensili: April 2016

“Meta l-Mulej jaħfirlek, jagħtik bidu ġdid” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

  • Il-Ħadd 3 ta’ April 2016, filgħodu, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa mar-residenti tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, Raħal Ġdid. Matul iż-żjara l-Arċisqof kellu l-opportunita’ jiltaqa’ mar-residenti u l-gwardjani tal-Faċilita’. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, Raħal Ġdid 2 ta’ April 2016 Ippermettuli noffrilkom ħsieb ċkejken ispirat mill-Evanġelju li għadna kemm smajna li jitkellem dwar żewġt iĦdud; l-ewwel biċċa tal-Evanġelu sseħħ Ħadd il-Għid li aħna ċċelebrajnih bħal-lum ġimgħa, u t-tieni parti tal-Evanġelju sseħħ ġimgħa wara, bħal-lum, ġimgħa fuq Ħadd l-Għid…
  • Kompli aqra »

“Meta l-Mulej jaħfirlek, jagħtik bidu ġdid” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Faċilita' Korrettiva ta'Kordin

  • Il-Ħadd 3 ta’ April 2016, filgħodu, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa mar-residenti tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, Raħal Ġdid. Matul iż-żjara l-Arċisqof kellu l-opportunita’ jiltaqa’ mar-residenti u l-gwardjani tal-Faċilita’. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna 
  • Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, Raħal Ġdid 2 ta’ April 2016 Ippermettuli noffrilkom ħsieb ċkejken ispirat mill-Evanġelju li għadna kemm smajna li jitkellem dwar żewġt iĦdud; l-ewwel biċċa tal-Evanġelu sseħħ Ħadd il-Għid li aħna ċċelebrajnih bħal-lum ġimgħa, u t-tieni parti tal-Evanġelju sseħħ ġimgħa wara, bħal-lum, ġimgħa fuq Ħadd l-Għid…
  • Kompli aqra »

“Il-Ħniena tal-Mulej hija t-triq tal-paċi” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis-Santwarju tal-Ħniena Divina, in-Naxxar

  • Nhar il-Ħadd 3 ta’ April 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa tal-Ħniena Divina tal-Mulej, fis-Santwarju tal-Ħniena Divina, in-Naxxar. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Santwarju tal-Ħniena Divina, Naxxar 3 ta’ April 2016 L-Evanġelju li għadna kemm smajna (Ġw 20, 19-31) jgħaqqad iż-żewġt iĦdud mill-ġimgħa li għaddiet sa’ dan il-Ħadd li fih qegħdin niċċelebraw il-Ħadd tal-Ħniena Divina…
  • Kompli aqra »

‘Kelma ta’ Ħabib’ – Id-Diskorsi tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

    • Il‑protezzjoni tal‑ħajja, l‑inkluzjoni soċjali, is‑servizz fl‑ezerċizzju tal‑poter, il‑ħarsien tal‑ambjent u s‑Sena tal‑Ħniena li ħabbar il‑Papa Franġisku huma wħud mit‑temi varji li l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jitratta fl‑omeliji tiegħu matul din l‑aħħar sena, u li ser jiġu ppublikati fil‑ktieb ‘Kelma ta’ Ħabib’. Fl‑omeliji tiegħu, l‑Arċisqof ifakkar, jafferma u joffri t‑tagħlim tal‑Knisja lil kull bniedem ta’ rieda tajba. L‑Uffiċċju Komunikazzjoni qed iħabbar il‑publikazzjoni ta’ dan il‑ktieb fl‑okkażjoni tal‑ewwel sena mill‑Ingress Solenni tal‑Arċisqof, li sar fil‑21 ta’ Marzu 2015…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ April

  • San Ġwann 20:19-31 il-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom!” Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej. Mbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: “Is-sliem għalikom! Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom.” Kif qal hekk, nefaħ fuqhom u qalilhom: “Ħudu l-Ispirtu  s-Santu. Dawk li taħfrulhom dnubiethom ikunu maħfura, u dawk li żżommuhomlhom ikunu miżmuma.” Tumas, wieħed mit-Tnax, jgħidulu t-Tewmi, ma kienx magħhom meta ġie Ġesù. Għalhekk id-dixxipli l-oħra qalulu: “Rajna l-Mulej.” Iżda hu qalilhom: “Jekk ma narax f’idejh il-marka ta’ l-imsiemer u ma nqigħedx sebgħi fuq il-marka ta’ l-imsiemer u idi fuq ġenbu, jien ma nemminx.” Tmint ijiem wara, id-dixxipli reġgħu kienu ġewwa, u Tumas magħhom…
  • Kompli aqra »

Zootropolis

  • **** Diretturi: Byron Howard u Rich Moore Ilħna: Ginnifer Goodwin, Jason Batemen, Idris Elba, J.K. Simmons, Tommy Chong u Octavia Spencer Ħin tal-Film: 108 min. Maħruġ minn KRS Releasing Ltd KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: U KLASSIFIKA TAL-KNISJA: PG   F’dinja populata minn mammiferi , Judy Hopps, fenka minn Bunnyburrow, taqta ix-xewqa  tagħha li ssir l-ewwel uffiċjal fid-Dipartiment tal-Pulizija fil-belt qrib  ta’ Zootopia…
  • Kompli aqra »

Batman vs Superman: Dawn of Justice

  • *** Direttur: Zack Snyder Atturi: Ben Affleck, Henry Cavill, Amy Adams Ħin: 151 minuti Maħruġ minn KRS Releasing Limited Klassifika tal-Gvern: 12A Klassifika tal-Knisja: 15   Wara l-ġlieda enormi ta’ Superman kontra l-Ġeneral Zod, Metropolis sfat meqruda għal kollox, u Superman sar l-iktar persuna kontraversjali fid-dinja. Filwaqt li għal xi wħud hu għadu l-emblema tat-tama, għadd dejjem jiżdied ta’ nies iqiesuh bħala theddida għall-umanita’, u qed ifittxu li ssir ġustizzja għal kaos li ġieb fid-dinja…
  • Kompli aqra »

How to Be Single

  • ** Direttur: Christian Ditter Atturi: Dakota Johnson, Rebel Wilson, Alison Brie, Leslie Mann, Nicholas Braun, Jason Mantzoukas u Damon Wayans Ħin tal-Film: 109 min Maħruġ minn KRS Releasing Ltd   KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 15 KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 18   Alice wara li tħalli bħal l-Erbgħa f’nofs il-gimgħa, lil Josh, ħabib tal-qalb għal numru ta’ snin, tmur New York biex tkompli l-karriera tagħha bħala para-avukat…
  • Kompli aqra »

“Iż-żgħażagħ hemm bżonn iħossuhom protagonisti fil-ħajja soċjali u parrokkjali” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-pussess tal-Kappillan il-ġdid tal-Ħamrun

  • Nhar is-Sibt 2 ta’ April 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa ċ‑ċelebrazzjoni tal‑pussess ta’ Dun Walter Cauchi, bħala l-kappillan il‑ġdid tal‑Parroċċa San Gejtanu il‑Ħamrun, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Gejtanu. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Parroċċa ta’ San Gejtanu, il-Ħamrun 2 ta’ April 2016 Ippermettuli qabel inkellimkom, nixtieq nindirizza kliem lil ħija l-kappillan, Dun Walter…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ April

    • San Mark 16:9-15 Wara li qam mill-mewt fil-għodu kmieni fl-ewwel jum tal-ġimgħa Ġesù deher l-ewwel lil Marija ta’ Magdala, li minnha kien keċċa seba’ xjaten. Din marret tħabbar kollox lil sħabu, li kienu qalbhom sewda u jibku. Imma dawn, meta semgħuha tgħid li hu kien ħaj u li ratu, ma emmnuhiex. Wara dan, wera ruħu taħt sura oħra lil tnejn minnhom huma u sejrin bil-mixi lejn ir-raba’. U huma reġgħu lura u taw l-aħbar lill-oħrajn, imma anqas lil dawn ma emmnuhom. Fl-aħħar wera ruħu lill-Ħdax stess waqt li kienu fuq il-mejda, u ċanfarhom talli kienu nieqsa mill-fidi u hekk rashom iebsa li ma emmnux lil dawk li kienu rawh wara li qam mill-mewt. U qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu…
  • Kompli aqra »