Arkivji mensili: April 2016

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ April

  • San Ġwann 13:31-33A, 34-35 Kif ħareġ Ġuda, Ġesù qal: “Bin il-bniedem huwa gglorifikat issa, u permezz tiegħu huwa gglorifikat Alla.  Jekk Alla huwa gglorifikat permezz ta’ Bin il-bniedem, Alla wkoll permezz tiegħu nnifsu għad jigglorifika lilu, u dalwaqt jigglorifikah. Uliedi, ftit ieħor se ndum magħkom; Nagħtikom kmandament ġdid, li tħobbu lil xulxin. Bħalma ħabbejtkom jien, hekk ukoll ħobbu intom lil xulxin.  Minn dan jagħraf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jiġifieri, jekk ikollkom l-imħabba bejnietkom.” Qaddis tal-jum:  San Fidiel minn Sigmaringen
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ April

  • San Ġwann 14: 7-14 Ġesu qal lid-dixxipli: Kieku għaraftu lili, kontu tagħrfu wkoll lil Missieri. Minn issa ‘l quddiem tagħrfuh, anzi diġà rajtuh.” Qallu Filippu: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina.” Ġesù wieġeb: “Ili daqshekk magħkom, Filippu, u għadek ma għaraftnix? Min ra lili ra lill-Missier. Kif tgħidli, ‘Urina l-Missier’? Ma temminx li jiena fil-Missier u l-Missier fija? Il-kliem li ngħidilkom jien, ma ngħidux minn moħħi iżda l-Missier li jgħammar fija qiegħed jagħmel l-opri tiegħu. Emmnuni! …
  • Kompli aqra »

“L-Istudenti li qegħdin joħorġu mill-iskejjel…għandhom sens tal-valuri?” – L-Arċisqof

Quddiesa f’għeluq ix-xahar mill-mewt tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca

  • Il‑Ħamis 21 ta’ April 2016, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil‑Katidral tal‑Imdina, b’suffraġju għal ruħ l‑Arċisqof Emeritu Monsinjur Ġużeppi Mercieca, f’għeluq ix-xahar mill-mewt tiegħu. Il‑Quddiesa ġiet organizzata mis‑Segretarjat tal‑Edukazzjoni Nisranija, b’rikonoxximent tal‑kontribut li l‑Arċisqof Mercieca ta għall‑iskejjel tal-Knisja. Għal din il‑Quddiesa attendew wkoll l‑Awtoritajiet tal‑Edukazzjoni, fosthom, il-Ministru tal-Edukazzjoni l-Onor. Evarist Bartolo, flimkien mal-kapijiet tal‑iskejjel tal‑Knisja. L-Ewwel Qari nqara minn Brother Saviour Grech, tal-Freres, is-Salm inqara mis-Sur Kevin Bonello, President tal-Malta Union of Teachers u t-talb tal-ġemgħa nqara minn Suor Bernarnette Gafa…
  • Kompli aqra »

Irid ikollna saċerdoti li jidħlu fi djalogu u ta’ servizz lill-komunità – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-pussess tal-kappillan ta' Wied il-Għajn

  • Nhar is‑Sibt 16 ta’ April 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa ċ‑ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tal‑pussess tal‑Kappillan il-ġdid, Dun Roderick Camilleri, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Wied il‑Għajn. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali ta’ Wied il-Għajn 16 ta’ April 2016 “Ma jbatux aktar ġuħ, anqas għatx ma jagħmel bihom aktar; ix-xemx ma taħkimhomx u anqas ebda għomma, ladarba l-Ħaruf, li hemm f’nofs it-tron, ikun ir-ragħaj tagħhom, u jwassalhom ħdejn għejun ta’ ilmijiet tal-ħajja…
  • Kompli aqra »

Hardcore Henry

  • ** Direttur: Ilya Nuishuller Atturi: Sharlto Copley, Danila Kozlovsky, Haley Bennet, Tim Roth,  AndreI Dementiev, Cyrus Arnold, Ilya Naishuller, u Will Stewart Ħin tal-Film: 96 min Maħruġ minn KRS Releasing Ltd   KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 18 KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 18   Henry qabel ma qam ġewwa tank tal-ilma,  jiftakar li meta kien żgħir, kien jiġi bbuljat minn sħabu. Issa li ġie f’tiegħu, jsib ruħu bla id u saqajn tax-xellug…
  • Kompli aqra »

Udjenza Ġenerali: L-Umiltà vs. l-Ipokrezija

Messaġġ tal-Papa Franġisku fl-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa 20 ta’ April 2016

  • Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba! Il-lum nixtieq nieqaf fuq aspett tal-ħniena li hu rrappreżentat tajjeb mis-silta tal-Vanġelu ta’ Luqa li għadna kemm smajna. Din hi ġrajja li għadda minnha Ġesù meta darba kien mistieden għand Fariżew jismu Xmun. Dan ried jistieden lil Ġesù f’daru għax kien semagħhom jitkellmu tajjeb fuqU bħala profeta kbir. U waqt li jkunu bil-qiegħda għall-ikel, tidħol mara li fil-belt hi magħrufa minn kulħadd bħala midinba…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ April

  • San Ġwann 14:1-6 Ġesu qal lid-dixxipli: “Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll. Fid-dar ta’ Missieri hemm ħafna postijiet; li ma kienx hekk, kont ngħidilkom. Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu. U meta mmur u nħejjilkom post, nerġa’ niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll. U t-triq għall-post fejn sejjer tafuha.” Tumas qallu: “Mulej, aħna ma nafux fejn inti sejjer. Kif nistgħu nafu t-triq?” Wieġbu Ġesù: “Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja…
  • Kompli aqra »

“L-Istudenti li qegħdin joħorġu mill-iskejjel…għandhom sens tal-valuri?” – L-Arċisqof

Quddiesa f’għeluq ix-xahar mill-mewt tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca

  • Il‑Ħamis 21 ta’ April 2016, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil‑Katidral tal‑Imdina, b’suffraġju għal ruħ l‑Arċisqof Emeritu Monsinjur Ġużeppi Mercieca, f’għeluq ix-xahar mill-mewt tiegħu. Il‑Quddiesa ġiet organizzata mis‑Segretarjat tal‑Edukazzjoni Nisranija, b’rikonoxximent tal‑kontribut li l‑Arċisqof Mercieca ta għall‑iskejjel tal-Knisja. Għal din il-Quddiesa attendew wkoll il-Ministru tal-Edukazzjoni, l-Onor. Evarist Bartolo, u l-President tal-M.U.T, is-Sur Kevin Bonello. Il-Quddiesa kienet animata mill-kor tal-Iskola tal-Knisja ‘Our Lady Immaculate’. L-Ewwel Qari nqara minn Brother Saviour Grech, tal-Freres, is-Salm inqara mis-Sur Kevin Bonello, President tal-Malta Union of Teachers u t-talb tal-ġemgħa nqara minn Suor Bernarnette Gafa…
  • Kompli aqra »

L-Udjenza tal-Papa: Iddistingwu bejn id-dnub u l-midneb

  • In his continuing catechesis for this Holy Year of Mercy during his weekly General Audience, Pope Francis drew inspiration from the Gospel episode of Jesus’ dinner at the home of Simon the Pharisee.  He said, “All of us are sinners, so many times we fall into the temptation of hypocrisy, believing that we are better than the other ”, but he continued, look at your sin, all of us need to look at our sins, our mistakes and look to the Lord,” because, he added, “this is the lifeline, the relationship between the sinner and the Lord.” The Pope was referring to the story from St Luke in which a woman known as a sinner comes up to Jesus, and bathes his feet in her tears and anoints them with precious perfume, but the Pharisee judges the woman by appearances…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ April

  • San Ġwann 13:16-20 Wara li ħaslilhom saqajhom, qalilhom: Tassew tassew ngħidilkom, l-ilsir m’huwiex aqwa minn sidu, anqas il-messaġġier ma hu aqwa minn min jibagħtu.  Jekk dawn il-ħwejjeġ tafuhom, henjin intom jekk tagħmluhom. Jien m’iniex ngħid għalikom ilkoll, għax jien naf x’nies għażilt, imma għandha sseħħ l-Iskrittura li tgħid, ‘Min kiel il-ħobż miegħi, tani bis-sieq.’ Dan qiegħed ngħidu minn issa, qabel ma jiġri, biex, meta jiġri, temmnu li jiena hu. Tassew tassew ngħidilkom, min jilqa’ lil min nibgħat jien, ikun jilqa’ lili, u min jilqa’ lili, ikun jilqa’ lil dak li bagħatni.” Qaddis tal-jum: San Anselmu
  • Kompli aqra »