Arkivji mensili: Mejju 2016

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Mejju

  • San Ġwann 16:20-23 Ġesù qal lid-dixxipli: Tassew tassew ngħidilkom, intom għad tibku u tingħu, iżda d-dinja għad tifraħ; għad iġġarrbu n-niket, imma n-niket tagħkom għad jitbiddel f’hena. Il-mara, meta tkun se tiled tħossha mdejjqa, għax tkun waslet is-siegħa tagħha; iżda meta tkun twieldet it-tarbija, ma tiftakarx iżjed fl-uġigħ, bil-ferħ li twieled bniedem fid-dinja. Hekk intom, issa tħossukom imdejjqa; imma għad nerġa’ narakom u qalbkom tifraħ, u l-ferħ tagħkom ħadd ma jeħodhulkom…
  • Kompli aqra »

Jalla d-djar fejn jgħixu l-Insara jkunu d-‘djar tal-fejqan’ – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Memorjal ta' San Pietru, Kafarnaum

  • Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Mejju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-Memorjal ta’ San Pietru f’Kafarnaum, matul il-pellegrinaġġ li qed imexxi fl-Art Imqaddsa.   Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna  Memorjal ta’ San Pietru, Kafarnahum 6 ta’ Mejju 2016 Kif innutajtu, dan l-Evanġelju jsemmi erba’ postijiet għeżież li qegħdin inżuru f’din il-ġurnata, it-tieni ġurnata sħiħa tal-pellegrinaġġ tagħna fl-Art Imqaddsa…
  • Kompli aqra »

Ħtieġa li titwaqqaf awtorità għall-ħarsien tat-tfal u l-adulti vulnerabbli

  • Is‑Safeguarding Commission tal‑Knisja qed tirrakkomanda li l‑Istat iwaqqaf awtorità għall‑ħarsien tat‑tfal u l‑adulti vulnerabbli biex, fost affarjiet oħra, tiġi implementata sistema ta’ qsim ta’ informazzjoni bejn l‑organizzazzjonijiet li jaħdmu mat‑tfal u l‑persuni vulnerabbli, u tiġi riveduta l‑proċedura li twassal biex l‑ismijiet ta’ persuni jitpoġġew fir‑Reġistru għall‑Protezzjoni tal‑Minuri. Il‑Kummissjoni temmen li l‑ħarsien tat‑tfal u l‑adulti vulnerabbli hija responsabbiltà ta’ kulħadd u qed tirrakomanda wkoll li kull organizzazzjoni li taħdem mal‑minuri u ma’ adulti vulnerabbli għandu jkollha persuna maħtura biex tieħu ħsieb li tissalvagwardja lil persuni vulnerabbli…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Mejju

  • San Ġwann 16:16-20 Ġesù qal lid-dixxipli: Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; mbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni.” Għalhekk xi wħud mid-dixxipli tiegħu bdew jgħidu bejniethom: “X’ifisser dan li qiegħed jgħid, ‘Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; mbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni, ‘ u li ‘Jiena sejjer għand il-Missier’?” Għalhekk qalu: “X’inhu dan il-‘ftit ieħor’ li hu qiegħed jgħid? Ma nafux xi jrid jgħid!” Ġesù għaraf li xtaqu jistaqsuh…
  • Kompli aqra »

“Ibqgħu dejjem attivi” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiltaqa' mal-Balzan Old Boys fi żjara ta' korteżija fil-Kurja

  • Nhar it-Tlieta 3 ta’ Mejju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna kellu żjara ta’ korteżija mill-Balzan Old Boys, fil-Kurja tal-Arċisqof il-Furjana. L-Arċisqof kellu kliem ta’ tifħir għall-mod kif il-grupp jiltaqa’ kull xahar, u ħeġġeġ lill-anzjani  biex dejjem iżommu ruħhom attivi soċjalment, anke jekk forsi jkunu rtiraw mix-xogħol. Wara l-laqgħa mal-Arċisqof, il-grupp tal-anzjani kellhom iċ-ċans isiru jafu iktar dwar l-istorja tal-Kurja tal-Arċisqof, mis-Sur Lorenzo Zahra. 
  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja
  • Kompli aqra »

Il-Knejjes Ewropej: eżempju ta’ merħba u integrazzjoni tal-migranti

  • Cardinal Erdo told journalists the Pope had strong words of encouragement for all members of the CCEE as they seek to rediscover and reinforce the Christian roots at the heart of European society. Cardinal Bagnasco stressed the need to form consciences and build a “culture of relationships”, opposing those “economic forces” that seek to manipulate people and promote instead a culture of consumerism and individualistic identity…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Mejju

  • San Ġwann 16:12-15 “Baqagħli ħafna ħwejjeġ x’ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux għalihom. Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha; għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid dak li jisma’, u jħabbrilkom il-ġejjieni. Hu jagħtini glorja, għaliex jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom. Dak kollu li għandu l-Missier huwa tiegħi. Għalhekk għedt li jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom…
  • Kompli aqra »

Ordinazzjoni tad-Djakonat għal Fra Dumnikan

  • Nhar is-Sibt 7 ta’ Mejju 2016, l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. ser jordna lil Br. Aaron Zahra O.P. bħala Djaknu, fis-Santwarju tal-Madonna tal-Għar u San Duminku, ir-Rabat fis-6:30 p.m. L-Ordinazzjoni ser tkun parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġublew tal-Ordni Dumnikan f’Malta. Din is-sena l-Ordni tal-Predikaturi qiegħed jiċċelebra it-800 sena mill-approvazzjoni tiegħu. Br. Aaron Zahra għandu 28 sena minn Marsaxlokk. Huwa qed jagħmel l-istudji tat-teologija fl-istudium tad-Duminikani, ġewwa Dublin, l-Irlanda…
  • Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: ‘Ir-Rikonċiljazzjoni ġġib il-paċi u tikkontribwixxi lis-soċjetà”

  • Pope Francis on Saturday held an extraordinary Jubilee Audience in St. Peter’s Square for thousands of eager pilgrims. The Audience also celebrated the Jubilee for members of the police and armed forces. The Holy Father focused in his catechesis on a very important point of mercy: reconciliation, taking the apostle St. Paul’s words in the second letter to the Corinthians 5:20-21 as his guide: “So we are ambassadors for Christ, as if God were appealing through us…
  • Kompli aqra »