It-temp inbidel, u l-aħbarijiet dwar it-traġedji umani fil-Mediterran qed nisimgħuhom kontinwament. Kull ġimgħa nisimgħu kemm nies jitilfu ħajjithom fl-ibħra ta’ madwarna. Il-Papa Franġisku tkellem fuq kif għandna nagħtu każ ta’ din il-problema, u mhux nibqgħu indifferenti lejn eluf ta’ nies li jaħarbu minn pajjiżhom minħabba sitwazzjonijiet imwiegħra. L-Arċisqof Charles J. Scicluna rrifletta fuq kemm il-Maltin jeħtieġ li jkunu “protagonisti f’kultura ta’ mogħdrija u solidarjetà” lejn dawn ħutna…