L-Arċisqof jattendi għaċ-ċerimonja ta' gradwazzjoni ta' Caritas Malta f'San Blas
09/07/2016
Il-Ħamis, 8 ta’ Lulju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna attenda għal-Lejla ta’ Gradwazzjoni ta’ persuni li temmew b’suċċess programm ta’ riabilitazzjoni mill-użu ta’ droga. Din iċ-ċerimonja bit-tema ‘Ħajjin mill-Ġdid’ saret f’San Blas u ġiet organizzata mill-entità tal-Knisja ‘Caritas Malta’. Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Ċentru San Blas, Ħaż-Żebbuġ8 ta’ Lulju 2016 Jiena nixtieq nieħu l-opportunità biex nirringrazzja l-ewwel nett lil kull min ħa sehem f’dan il-programm matul din is-serata llejla, għaliex irrealizzajt li s-serata tal-lejla tat ċ-ċans u opportunità lil ħafna residenti biex anke bil-preżenza tagħkom stess – u rrid ngħidilkom kelma ta’ kuraġġ – lilna tagħtuna tama kbira…
L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mas-saċerdoti l-ġodda li ġew ordnati Presbiteri, fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa
09/07/2016
Is‑Sibt 9 ta’ Lulju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa mas‑saċerdoti novelli, fis‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Mellieħa. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa9 ta’ Lulju 2016 L-ewwel mument li nixtieq noffri bħala riflessjoni li tingħata minn din is-silta tal-Evanġelju hija l-fatt li Ġesù jagħmel din il-konsenja, l-ewwel nett bħala Iben, Iben ta’ Alla li jaf, għalkemm qiegħed f’baħar ta’ agunija, li l-mewt tiegħu se ċċaħħad lil Ommu, hu li kien l-uniku tifel, minn kwalunkwe sapport li seta’ kellha ’l quddiem…
L-Arċisqof jattendi għaċ-ċerimonja ta' gradwazzjoni ta' Caritas Malta f'San Blas
08/07/2016
Il-Ħamis, 8 ta’ Lulju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna attenda għal-Lejla ta’ Gradwazzjoni ta’ persuni li temmew b’suċċess programm ta’ riabilitazzjoni mill-użu ta’ droga. Din iċ-ċerimonja bit-tema ‘Ħajjin mill-Ġdid’ saret f’San Blas u ġiet organizzata mill-entità tal-Knisja ‘Caritas Malta’. Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Ċentru San Blas, Ħaż-Żebbuġ8 ta’ Lulju 2016 Jiena nixtieq nieħu l-opportunità biex nirringrazzja l-ewwel nett lil kull min ħa sehem f’dan il-programm matul din is-serata llejla, għaliex irrealizzajt li s-serata tal-lejla tat ċ-ċans u opportunità lil ħafna residenti biex anke bil-preżenza tagħkom stess – u rrid ngħidilkom kelma ta’ kuraġġ – lilna tagħtuna tama kbira…
Nhar it-Tnejn 27 ta’ Ġunju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna iltaqa’ mal-partecipanti tal-Lifecycle Challenge, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. L-isfida ta’ din is-sena għaċ-ċiklisti tal-Lifecycle ser ddum għaxart’ijiem matul Lulju, fiż-Żambja, fi vjaġġ ta’ 2,000km.
Għat-tieni sena konsekuttiva is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija organizza ġimgħa seminar għall-impjegati tiegħu. Fi żmien fejn l-iskejjel ikunu bl-eżamijiet u s-servizzi fl-iskejjel jonqsu, dan kien il-mument ideali fejn l-istaff kollu jinġabar flimkien u jingħata taħriġ relatat direttament mat-tiġdid tal- bżonnijiet professjonali tagħna. Minbarra taħdidiet dwar l-aspetti tax-xogħol tagħna, saret sessjoni prattika dwar kif l-għalliema jaħdmu mat-tfal f’sitwazzjonijet ta’ kunflitt, u saret taħdita dwar il-kundizzjonijiet psikiċi fit-tfal…
L-Arċisqof jinawgura r-restawr tas-saqaf tal-Knisja Parrokkjali tal-Gżira
08/07/2016
Is‑Sibt 2 ta’ Lulju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa u inawgura r‑restawr u t‑tisbiħ tas‑saqaf tal‑Knisja Parrokkjali tal‑Gżira. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Knisja Parrokkjali Gżira 2 ta’ Lulju 2016 Il-Mulej jibgħat “tnejn u sebgħin dixxiplu ieħor” (Lq 10, 1). Meta l-Evanġelju ta’ San Luqa juża’ l-kelma ‘oħrajn’ jew ‘tnejn u sebgħin oħra’, qed iġgħalna nistaqsu lilna nfusna: ‘imma għalxiex qiegħed jgħid?’ Dawn it-tnejn u sebgħin ma’ liema grupp ieħor jixxierku? …
Pope Francis’ prayer intention for July is for Respect for Indigenous Peoples: That indigenous peoples, whose identity and very existence are threatened, will be shown due respect. The Apostleship of Prayer has produced the Pope’s Video on this prayer intention. Representative of Indigenous People: Speaking for indigenous peoples, I ask that our ways of life may be respected, our rights and our traditions…
L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-Isptar Monte Carmeli, Ħ'Attard
08/07/2016
L‑Erbgħa 6 ta’ Lulju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil‑festa tal‑Madonna tal‑Karmnu, fl‑Isptar Monte Carmeli, Ħ’Attard. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Sptar Monte Carmeli, Ħ’Attard 6 ta’ Lulju 2016 Flimkien ma’ pellegrini oħra kelli x-xorti mmur l-Art Imqaddsa. Ħadt miegħi lill-mama u ż-żewġ ħuti u kien hemm ukoll ir-raġel t’oħti u morna diversi postijiet sbieħ fosthom żorna żewġ għoljiet li ssemmew fil-Qari tal-lum…
Il‑Bord għad‑Dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja ser jilqa’ applikazzjonijiet għal numru ta’ postijiet vakanti għas‑subien, fl‑ewwel sena sekondarja (Form 1), fis‑sena skolastika 2016‑2017, fil‑Kulleġġ ta’ St Albert, il‑Belt Valletta, u l‑Kulleġġ ta’ Stella Maris, il‑Gżira. L‑applikazzjonijiet isiru nhar it‑Tlieta, 12 ta’ Lulju 2016, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana, bejn id‑9:00 a.m. u nofsinhar. Jekk jirriżulta li jkun hemm postijiet vakanti fi skejjel oħra tal‑Knisja, li ma jimtlewx minn dawk li huma fuq il‑lista ta’ stennija (waiting list), jintużaw dawn l‑applikazzjonijiet…
L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-gradwati l-ġodda tal-Kulleġġ De La Salle fil-Birgu
07/07/2016
It‑Tnejn 4 ta’ Lulju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni tal‑gradwazzjoni tal‑istudenti tas‑6th Form tal‑Kulleġġ De La Salle, il‑Birgu. L-Arċisqof kellu l-opportunita’ li jiltaqa’ mal-istudenti filwaqt li ppreżenta l-premjijiet lill-gradwati l-ġodda tal-Kulleġġ. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
De La Salle College, il-Birgu4 ta’ Lulju 2016 Nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza tagħkom għal dan il-mument tas-serata ta’ din il-lejla għalkemm għadha ma niżlitx ix-xemx, għax dan huwa mument ta’ ringrazzjament…