Int x’lenti ta’ nuċċali tuża?
28/05/2017-
Min jaħdem fil‑ġurnaliżmu jaf x’jiġifieri l‑frażi “aħbar ħażina hi aħbar tajba”. Hija hekk imsejħa “regola” bbażata fuq is‑suppożizzjoni li l‑qarrejja, it‑telespettaturi jew is‑semmiegħa huma kapaċi aktar jinteressaw ruħhom f’aħbar traġika milli f’waħda pożittiva.
Għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑51 sena tal‑Jum Internazzjonali tal‑Komunikazzjoni Soċjali, li qed jiġi mfakkar illum il‑Ħadd, 28 ta’ Mejju, il‑messaġġ tal‑Papa Franġisku qiegħed jistieden lil kull min jaħdem fil‑qasam tal‑mezzi ta’ komunikazzjoni sabiex “jikser dan iċ‑ċirku vizzjuż ta’ ansjetà u biża’, frott tad‑drawwa li nagħtu aktar importanza l‑aħbarijiet negattivi (gwerer, terroriżmu, skandli u kull tip ta’ falliment ieħor tal‑bniedem)”…