Is-Sorijiet tal-Karità jingħataw il-Premju Dun Mikiel Azzopardi 2017
15/12/2017-
Il-Premju Dun Mikiel Azzopardi għas-sena 2017 ingħata lis-Sorijiet tal-Karità bħala turija ta’ rikonoxximent u apprezzament għall-50 sena ta’ ħidma fid-Dar tal-Providenza. Il-premju ngħata lil Suor Natalie Abela, id-delegata Maltija għall-Provinċja Malta-Italja flimkien ma’ Suor Lorenza Borg, Superjura tal-komunità tas-sorijiet li jaħdmu d-Dar tal-Providenza.
Dan tħabbar minn Dun Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, waqt kunċert li sar fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta taħt il-patroċinju distint tal-E.T…