Arkivji mensili: Novembru 2019

Midway

****

Direttur:          Roland Emmerich

Atturi:              Ed Skrein, Patrick Wilson, Luke Evans, Woody Harrelson, Mandy Moore, Dennis Quaid, Alexander Ludwig, Aaron Eckhart, Darren Criss u Nick Jones

Ħin tal-Film:    138 min

Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                             12A

KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                                  12

Ftit snin qabel ma bdiet it-Tieni Gwerra Dinjija, l-attache Amerikan Navali ġewwa Tokyo u uffiċjal Ġappuniż fl-istess grad, waqt riċeviment,  ddiskutew l-qagħdiet taż-żewġ qawwiet navali fl-Oċean Paċifiku… Kompli aqra »

The Good Liar

****

Direttur:          Bill Condon

Atturi:              Helen Mirren, Ian McKellen, Russell Tovey, Jim Carter, Mark Lewis, Celine Buckens u Laurie Davidson

Ħin tal-Film:    110 min

Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      15

Roy Courtnay brikkun mill-kbar, kien jixmoq il-flus  minn fuq dahar ħaddieħor meta dawn kienu jiġu ngannati u jagħtuh aċċess għall-finanzi tagħhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Novembru

Il-Preżentazzjoni tal-Verġni Marija 
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Żak 2, 14-17
Salm: Lq 1:46-55

L-Evanġelju: Mt 12: 46-50

F’dak iż-żmien: Kif Ġesù kien qiegħed ikellem lin-nies, ġew ommu u ħutu, waqfu barra u fittxew li jkellmuh. Xi ħadd qallu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin barra ifittxu li jkellmuk.”

Iżda hu wieġeb lil dak li kellmu, u qallu: “Min hi ommi? … Kompli aqra »

Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed

Il-working document tal-Pjan Pastorali għall‑Arċidjoċesi ta’ Malta bit‑tema ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed – Proċess ta’ Dixxerniment Ekkleżjali 2020‑2023’ jelenka erba’ prijoritajiet ewlenin għall‑Knisja: li tisma’, li tilqa’, li takkumpanja u li toħrog bla biża’ biex ixxandar l‑Bxara t‑Tajba.

Dan id‑dokument, li huwa ispirat mir-rakkont tad-dixxipli ta’ Emmaws (Lq 24:13-35), inkiteb wara konsultazzjoni wiesgħa li saret matul dawn l‑aħħar xhur ma’ għadd ta’ persuni involuti f’diversi ħidmiet tal‑Knisja u tas-soċjetà Maltija… Kompli aqra »

L-Assemblea Djoċesana 2019: Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed

Il-pjan pastorali għall-erba’ snin li ġejjin

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta ser tlaqqa’ l‑Assemblea Djoċesana bejn għada l‑Ħamis 21 u l‑Ġimgħa 22 ta’ Novembru 2019. L‑Assemblea ser tkun ippreseduta mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna u ser tiltaqa’ fis‑Sala taċ‑Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni (ĊAK) f’Birkirkara.

Matul din l‑Assemblea ser jiġi ppreżentat il‑working document tal‑Pjan Pastorali għall‑Arċidjoċesi ta’ Malta għas‑snin 2020‑2023. Il‑preżentazzjoni ser issir mid‑Delegat Episkopali għall‑Evanġelizzazzjoni Dr Nadia Delicata.

Dan il‑working document bit‑tema ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed – Proċess ta’ Dixxerniment Ekkleżjali 2020‑2023’ jelenka erba’ prijoritajiet ewlenin għall‑Knisja: li tisma’, li tilqa’, li takkumpanja u li toħrog bla biża’ biex ixxandar l‑Bxara t‑Tajba… Kompli aqra »

L-adolexxenti mill-parroċċi ta’ Fleur-de-Lys, il-Kalkara u Ħal Balzan jirċievu s-Sagrament tal-Griżma

Nhar is-Sibt 16 ta’ Novembru l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi amministra s-Sagrament tal-Griżma lil 23 adolexxent mill-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-Lys.

Nhar il-Ħadd 17 ta’ Novembru l-Isqof amministra wkoll is-Sagrament tal-Griżma lil 26 adolexxent fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, il-Kalkara; kif ukoll fil-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan, lil 28 adolexxent.

L-adolexxenti mill-Parroċċa ta’ Fleur-de-Lys li rċevew il-Griżma tal-Isqof is-Sibt L-adolexxenti mill-Parroċċa tal-Kalkara li rċevew il-Griżma tal-Isqof il-Ħadd L-adolexxenti mill-Parroċċa ta’ Ħal Balzan li rċevew il-Griżma tal-Isqof il-Ħadd L-adolexxenti mill-Parroċċa ta’ Ħal Balzan li rċevew il-Griżma tal-Isqof il-Ħadd

Aktar ritratti: knisja.mt/ritratti Kompli aqra »

Il-Papa jżur it-Tajlandja għall-promozzjoni tal-paċi u r-rispett għad-diversità

The first leg of Pope Francis’ 32nd apostolic visit abroad takes him to Thailand. He goes in the footsteps of Pope Saint John Paul II who visited the country in 1984.

Ninety five percent of the Thai population is Buddhist. But Thailand is also a land of interreligious dialogue and respect for diversity. Christians in Thailand have enjoyed freedom of worship ever since the Portuguese arrived in the nation in 1511, planting the first seeds of the Gospel… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Mak 7, 1.20-31
Salm: 16 (17), 1.5-6.8b u 15

L-Evanġelju: Lq 19, 11-28

F’dak iż-żmien, Ġesù qal parabbola, għax kien qrib Ġerusalemm, u n-nies kien mingħalihom li s-Saltna ta’ Alla kienet se tidher minnufih. Mela qal: “Wieħed raġel nobbli siefer f’pajjiż fil-bogħod biex jagħmluh sultan u mbagħad jerġa’ lura. Sejjaħ għaxar qaddejja tiegħu, tahom għaxar miniet u qalilhom: “Ħaddmuhom, sa ma nerġa’ niġi”… Kompli aqra »

Theddida serja fuq l-ispazji miftuħa u l-ambjent storiku tal-Kottonera

Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) ssostni li l-applikazzjoni tal-estensjoni tal-Università Amerikana ta’ Malta (AUM) mhux biss hi ta’ dannu għas-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tar-residenti tal-Kottonera u l-patrimonju storiku kulturali, iżda tmur kontra l-qafas tal-ippjanar tal-Pjan Lokali tal-Port il-Kbir. Il-Policy GP07 tal-Pjan Lokali tal-Port il-Kbir titlob li:

Ġeneralment, bini u strutturi ma jistgħux idallmu jew jiddominaw fuq is-swar. Strutturi “ingumbranti”, li jaqbżu l-għoli tal-bini preżenti, normalment ma jiġux aċċettati… Kompli aqra »

Il-Papa lill-Ġappuniżi: Magħkom, nitlob li l-armi nukleari ma jintużaw qatt iktar

Pope Francis sent a video message to the people of Japan in the lead-up to his visit there at the end of this week, noting that they are a people who knows well the “suffering caused by war.” The pope will visit Japan from November 23 to 26.

“Together with you, I pray that the destructive power of nuclear weapons will never be unleashed again in human history.”

The Holy Father reiterated the Church’s teaching, based on the indiscriminate effects of nuclear weapons, which bring the death of non-combatants as well as military personnel: “The use of nuclear weapons is immoral.”

As the Catechism notes for one of the conditions for a war to be considered “just”:

– the use of arms must not produce evils and disorders graver than the evil to be eliminated… Kompli aqra »