Yearly Archives: 2019

Theddida serja fuq l-ispazji miftuħa u l-ambjent storiku tal-Kottonera

Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) ssostni li l-applikazzjoni tal-estensjoni tal-Università Amerikana ta’ Malta (AUM) mhux biss hi ta’ dannu għas-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tar-residenti tal-Kottonera u l-patrimonju storiku kulturali, iżda tmur kontra l-qafas tal-ippjanar tal-Pjan Lokali tal-Port il-Kbir. Il-Policy GP07 tal-Pjan Lokali tal-Port il-Kbir titlob li:

Ġeneralment, bini u strutturi ma jistgħux idallmu jew jiddominaw fuq is-swar. Strutturi “ingumbranti”, li jaqbżu l-għoli tal-bini preżenti, normalment ma jiġux aċċettati… Kompli aqra »

Il-Papa lill-Ġappuniżi: Magħkom, nitlob li l-armi nukleari ma jintużaw qatt iktar

Pope Francis sent a video message to the people of Japan in the lead-up to his visit there at the end of this week, noting that they are a people who knows well the “suffering caused by war.” The pope will visit Japan from November 23 to 26.

“Together with you, I pray that the destructive power of nuclear weapons will never be unleashed again in human history.”

The Holy Father reiterated the Church’s teaching, based on the indiscriminate effects of nuclear weapons, which bring the death of non-combatants as well as military personnel: “The use of nuclear weapons is immoral.”

As the Catechism notes for one of the conditions for a war to be considered “just”:

– the use of arms must not produce evils and disorders graver than the evil to be eliminated… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Mak 6, 18-31
Salm: 3, 2-3.4-5.6-7

L-Evanġelju: Lq 19, 1-10

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal Ġeriko u kien għaddej mit-triq. Mela jkun hemm raġel, jismu Żakkew; dan kien wieħed mill-kapijiet tal-pubblikani, u kien għani. Kellu xewqa li jara min kien Ġesù, imma ma setax minħabba l-folla, billi kien raġel qasir. Għalhekk mar jiġri ’l quddiem u xxabbat ma’ siġra tat-tin selvaġġ, għax minn dik in-naħa kien se jgħaddi… Kompli aqra »

Bishop Joe’s Podcasts (3)

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi jitkellem dwar: il-gradwazzjoni tal-istudenti universitarji, l-Assemblea Djoċesana tal-Arċidjocesi ta’ Malta li se tkun dwar il-pjan pastorali u ċ-Ċelebrazzjoni Djoċesana ta’ Kristu Re li ser issir il-Ħadd 24 ta’ Novembru.    

Din l-intervista xxandret fuq 103 fis-17 ta’ Novembru 2019. Kompli aqra »

L-adolexxenti mill-iskola ta’ San Anton u l-parroċċa ta’ Raħal Ġdid jirċievu s-Sagrament tal-Griżma

Nhar is-Sibt 16 ta’ Novembru l-Arċisqof Charles J. Scicluna amministra s-Sagrament tal-Griżma lil 57 adolexxent (21 tifel u 36 tifla) li jattendu l-iskola ta’ San Anton, fis-Santwarju tal-Ħniena Divina, in-Naxxar.

Nhar il-Ħadd 17 ta’ Novembru l-Arċisqof amministra wkoll is-Sagrament tal-Griżma lil 28 adolexxent (18-il tifel u 10 bniet) fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid.

Aktar ritratti: knisja.mt/ritratti Kompli aqra »

L-adolexxenti bniet mill-iskola ta’ San Anton li rċevew is-Sagrament tal-Griżma L-adolexxenti subien mill-iskola ta’ San Anton li rċevew is-Sagrament tal-Griżma L-adolexxenti bniet mill-Parroċċa Kristu Re li rċevew is-Sagrament tal-Griżma L-adolexxenti subien mill-Parroċċa Kristu Re li rċevew is-Sagrament tal-Griżma …

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Mak 1, 10-15.41-43.54-57.62-64
Salm: 118 (119), 53.61.134.150.155.158

L-Evanġelju: Lq 18, 35-43

Waqt li Ġesù kien riesaq lejn Ġeriko, kien hemm wieħed agħma bilqiegħda mal-ġenb tat-triq jittallab il-karità. Dan sama’ l-kotra tan-nies għaddejja u beda jistaqsi x’ġara. U qalulu li kien għaddej Ġesù ta’ Nazaret.

Hu qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, Bin David, ikollok ħniena minni”… Kompli aqra »

Il-Ġimgħa tal-Ħniena: il-Papa Franġisku jbierek ‘il-Palazz tal-Fqar’

A Palace for the Poor: That’s what Pope Francis blessed on Friday afternoon, just ahead of the World Day of the Poor. Pope Francis inaugurated the new Night and Day Care Center for homeless people near St Peter’s Square, as part of his Friday of Mercy initiative.

The 4-storey Vatican property sits in a prestigious location right off the colonnade of St Peter’s Square… Kompli aqra »

Il-Kunċizzjoni: sinjal tal-imħabba tagħna lejha, lejn Binha Ġesù u lejn il-proxxmu tagħna – L-Arċisqof

Quddiesa u pellegrinaġġ fit-tifkira tal-75 anniversarju minn meta l-istatwa tal-Kunċizzjoni ttieħdet lura Bormla wara t-Tieni Gwerra Dinjija

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid

Is-Sibt 16 ta’ Novembru, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-Parroċċa ta’ Raħal Ġdid f’għeluq it-tifkira tal-75 anniversarju minn meta fid-19 ta’ Novembru 1944 l-istatwa u l-kwadru titulari tal-Kunċizzjoni ttieħdu lura Bormla fi tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija. Dawn kienu ttieħdu fil-Bażilika ta’ Sant’ Elena f’Birkirkara biex jitħarsu mill-attakki tal-gwerra.

Matul dan il-pellegrinaġġ, li beda s-Sibt filgħodu mill-Bażilika ta’ Sant’ Elena, l-istatwa tal-Kunċizzjoni għaddiet ukoll minn diversi parroċċi ta’ Malta fejn ingħatat qima… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 17 ta’ Novembru

It-Tlieta u Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mal 3, 19-20a
Salm: 97 (98), 5-6.7-8.9a.9bċ
It-Tieni Qari: 2 Tess 3, 7-12

L-Evanġelju: Lq 21, 5-19

F’dak iż-żmien, kien hemm xi wħud li bdew jgħidu fuq kemm it-tempju kien imżejjen b’ġebel sabiħ u għotjiet; iżda Ġesù qalilhom: “Kulma qegħdin taraw, għad jiġi żmien li ma tibqax ġebla fuq oħra minnu li ma tiġġarrafx”… Kompli aqra »

Dħul fl-iskejjel tal-Knisja fl-2020

Aktar minn 1,500 post vakanti għall-istudenti

Ir‑regolamenti għad‑Dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja għas‑sena skolastika 2020 ‑ 2021 ġew ippubblikati (agħfas hawn biex taċċessa r-regolamenti). B’kollox ser ikun hemm 1,528 post vakanti għall‑istudenti. L‑applikazzjonijiet jistgħu jsiru online jew f’xi wħud mill‑iskejjel tal‑Knisja kif indikat fir‑regolamenti. L‑applikazzjonijiet tal‑ewwel kriterju jsiru f’Novembru 2019, l‑applikanti l‑oħra jsiru f’Jannar u Frar tal‑2020.

Il‑proċess tad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja jiddetermina d‑dħul fl‑ewwel u t‑tieni sena kindergarten, fl‑ewwel sena primarja u fl‑ewwel sena sekondarja… Kompli aqra »