Fil-konverżjoni ta’ San Pawl hemm il-bidu tal-konverżjoni tagħna – L-Arċisqof
Quddiesa tal-Konverżjoni ta’ Missierna San Pawl
25/01/2020 Il-Katidral ta' San Pawl, l-ImdinaL-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Fl-esperjenza li jgħaddi minnha Pawlu fit-triq ta’ Damasku, il-Mulej Ġesù juri li huwa ħaġa waħda mal-komunità tal-fidi, mal-Knisja. Meta jkellmu jgħidlu: “Għaliex qiegħed tippersegwitani?” “Min int, Mulej?” jistaqsi Sawl. “Jiena Ġesù li qiegħed tippersegwita” (Atti 22:7-8).
Min jaf kemm-il darba rrifletta fuqha din l-espressjoni l-Appostlu Missierna. Nafu li frott l-ispirazzjoni tal-ispirtu u t-talb tiegħu, hu elabora, fisser li aħna l-ġisem ta’ Ġesù, il-Knisja hija l-ġisem ta’ Ġesù u li fiha, il-ġisem ta’ Ġesù hu r-ras… Kompli aqra »