L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Jannar
15/01/2020Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: 1 Sam 3, 1-10.19-20
Salm: 39 (40), 2 u 5.7-8a.8b-9.10
L-Evanġelju: Mk 1, 29-39
F’dak iż-żmien, Ġesù ħareġ mis-sinagoga u baqa’ sejjer ma’ Ġakbu u Ġwanni għand Xmun u Indrì. Issa omm il-mara ta’ Xmun kienet fis-sodda bid-deni, u malajr qalulu biha. Resaq lejha, qabadha minn idha u qajjimha. U d-deni ħallieha, u bdiet isservihom.
Filgħaxija, imbagħad, fi nżul ix-xemx, ħadulu quddiemu lil dawk kollha li kienu morda jew li kienu maħkuma mix-xitan… Kompli aqra »