Is-sawm li jrid Alla – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa waqt l-irtir tar-Randan għall-ħaddiema tal-Kurja, Caritas u t-Tribunal Ekkleżjastiku
28/02/2020 Dar Porziuncola, Baħar iċ-ĊagħaqL-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
Id-djalogu li hawn, fl-ewwel qari mill-Profeta Iżaija, bejn il-bniedem u Alla, huwa ta’ dawl għal ħajjitna. Il-Profeta juri lin-nies il-kuntrast li hemm bejn il-mod kif huma jħarsu lejn is-sawm, u dak li Alla jrid bis-sawm.
Min-naħa tan-nies hemm qisu lment indirizzat lejn Alla: aħna nsumu, u int qisek ma tindunax, ma tagħtix każ: “Għaliex somna, u int ma ħaristx? … Kompli aqra »