Arkivji mensili: Frar 2020

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġak 1, 1-11
Salm: 118 (119), 67.68.71.72.75.76

L-Evanġelju: Mk 8, 11-13

F’dak iż-żmien, ġew il-Fariżej u bdew iħaqquha ma’ Ġesù; u, biex iġarrbuh, talbuh sinjal mis-sema. Hu tniehed tnehida fih innifsu u qal: “Għalfejn irid sinjal dan in-nisel? Tassew ngħidilkom, ebda sinjal ma jingħatalu dan in-nisel”.

U telaqhom, raġa’ tala’ fuq id-dgħajsa u mar ix-xatt l-ieħor… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 16 ta’ Frar

Is-Sitt Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 15, 15-20
Salm: 118 (119), 1-2.4-5.17-18.33-34
It-Tieni Qari: 1 Kor 2, 6-10

L-Evanġelju: Mt 5, 17-37

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-milja tagħhom. Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox… Kompli aqra »

Ejjew nilqgħu b’qalb kbira lill-Papa Franġisku – Ittra Pastorali mill-Isqfijiet

Il-Vjaġġ Appostoliku f’Malta mill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku

Għeżież,

Huwa b’ferħ kbir li lqajna l-aħbar li l-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku se jżur Malta fil-31 ta’ Mejju 2020, nhar Għid il-Ħamsin.

Meta f’Jannar li għadda kien qed jagħmel ir-riflessjoni tiegħu fuq is-silta mill-Atti tal-Appostli, li titkellem fuq kif l-Appostlu Missierna San Pawl wasal Malta
fin-nawfraġju, il-Papa kellu kummenti sbieħ ħafna fuq il-Maltin li laqgħu lil Pawlu u lin-nies tal-ġifen… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 12, 26-32; 13, 33-34
Salm: 105 (106), 6-7a.19-20.21-22

L-Evanġelju: Mk 8, 1-10

F’dawk il-jiem, peress li reġgħet inġabret kotra kbira u ma kellhomx x’jieklu, Ġesù sejjaħ id-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Nitħassarhom lil dawn in-nies, għax ġa ilhom miegħi tlitt ijiem, u ma għandhom xejn x’jieklu. Jekk inħallihom imorru sajmin lejn djarhom, żgur iħosshom ħażin fit-triq, għax xi wħud minnhom ġew mill-bogħod”… Kompli aqra »

In-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta ċelebrat f’Ruma

  Il-Knisja ta' Santa Maria fi Trasportina ta’ Via della Conciliazione, Ruma

Nhar it-Tlieta, 11 ta’ Frar 2020 ġiet ċelebrata l-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta permezzz ta’ Quddiesa solenni fil-Knisja ta’ Santa Maria fi Trasportina ta’ Via della Conciliazione presjeduta minn Patri Karmelitan Michael Farrugia. Miegħu kkonċelebraw 12-il saċerdot Malti. Għaċ-ċelebrazzjoni attendew l-Ambaxxatur Malti għall-istat Taljan Joseph Cuschieri, l-istaff tal-Ambaxxata Maltija f’Ruma u komunità mdaqqsa ta’ Maltin li jgħixu Ruma.  Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 13, 46-69
Salm: 116, 1.2

L-Evanġelju: Lq 10: 1-9

F’dak iż-żmien: Il-Mulej qabbad tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien sejjer hu. U qalilhom: “Il-ħsad hu kbir, tassew, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela ’l sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup… Kompli aqra »

Twajba, ġentili u akkoljenti

L-aħbar li l-Papa Franġisku se jżur Malta f’Mejju li ġej intlaqgħet b’ferħ kbir. It-tħabbira ngħatat fl-10 ta’ Frar, waqt il-pontifikal fis-solennità ta’ San Pawl Nawfragu – festa għażiża għalina l-Maltin peress li n-nawfraġju ta’ San Pawl jitqies bħala t-twelid tal-fidi Nisranija f’Malta.

F’Jannar li għadda, il-Papa kemm-il darba rrifletta fuq is-silta mill-Atti tal-Appostli li tirrakonta n-nawfraġju ta’ San Pawl, u tkellem b’mod partikolari dwar il-qalb ħanina tal-Maltin li laqgħet lil Pawlu u l-275 nawfragi l-oħra… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 11, 4-13
Salm: 105 (106), 3-4.35-36.37 u 40

L-Evanġelju: Mk 7, 24-30

F’dak iż-żmien, Ġesù mar fl-inħawi tal-belt ta’ Tir. Daħal joqgħod f’dar, u ried li ħadd ma jsir jaf. Iżda ma setax ikun li jinħeba, għax malajr semgħet bih waħda mara li kellha lil bintha maħkuma minn spirtu ħażin, u marret tinxteħet f’riġlejh… Kompli aqra »

L-għożża ta’ dawk li huma vulnerabbli u dgħajfa – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-Jum Dinji tal-Morda

  Is-Santwarju ta’ Santa Tereża, Birkirkara

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Il-Papa Franġisku, li se jkollna x-xorti li nilqgħuh fostna Malta fil-31 ta’ Mejju, nhar Għid il-Ħamsin, ftit ġranet ilu ħareġ messaġġ għall-okkażjoni tal-lum – it-28 Jum Dinji tal-Morda. F’dan il-messaġġ jirrifletti fuq il-kliem ta’ Ġesù: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom” (Mt 11:28).

Nixtieq li nirriflettu fuq dan il-kliem ta’ Ġesù u naraw ir-rabta tiegħu ma’ dan l-Evanġelju skont San Ġwann li għadna kemm smajna, magħruf bħala tat-Tieġ ta’ Kana… Kompli aqra »

#90YearsofService mill-Azzjoni Kattolika f’Malta

Dan ix-xahar iż-ŻAK nediet kampanja bl-isem #90YearsofService – kampanja li se tfakkar id-90 anniversarju tal-Azzjoni Kattolika f’Malta u li tiġbor mijiet ta’ persuni li se jwettqu xi forma ta’ volontarjat ma’ persuni fil-bżonn, jew biex itejbu l-ambjent jew is-soċjetà li ngħixu fiha. Din il-kampanja hija ffinanzjata mill-programm SIS (Small Initiatives Support Scheme) tal-Kunsill Malti għas-settur tal-Volontarjat. Iż-żgħażagħ membri fiż-ŻAK, flimkien ma’ studenti u persuni oħra li mhux membri tal-Azzjoni Kattolika, ġew mistiedna sabiex iwettqu xi forma ta’ volontarjat u biex ikunu ta’ servizz għal ħaddieħor… Kompli aqra »