Arkivji mensili: Lulju 2020

Quddiesa tal-Ħadd mill-Kappella tal-Madonna tal-Fidwa, Selmun – 26 ta’ Lulju, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Fidwa, Selmun

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 26 ta’ Lulju

Is-Sbatax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slat 3, 5.7-12
Salm: 118 (119), 57.72.76-77.127-128.129-130
It-Tieni Qari: Rum 8, 28-30

L-Evanġelju: Mt 13, 44-52

F’dak iż-żmien Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil teżor moħbi f’għalqa, li wieħed raġel isibu u jaħbih, u kollu ferħan imur ibigħ kull ma jkollu u jixtri dik l-għalqa.

Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil wieħed neguzjant ifittex ġawhar fin; meta sab ġawhra tiswa ħafna, mar biegħ kull ma kellu u xtara lilha… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 25 ta’ Lulju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Lulju

Sant Ġakbu, Appostlu – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 4, 7-15
Salm: 125, 1-6

L-Evanġelju: Mt 20, 20-28

F’dak iż-żmien: Resqet fuq Ġesù omm ulied Żebedew, flimkien ma’ wliedha, u nxteħtet quddiemu titolbu xi ħaġa. “Xi trid?” staqsieha. U hi weġbitu: “Ordna li dawn iż-żewġ uliedi joqogħdu wieħed fuq il-lemin tiegħek u l-ieħor fuq ix-xellug fis-Saltna tiegħek.”

Imma Ġesù wieġeb u qal: “Ma tafux x’intom titolbu… Kompli aqra »

Fedeltà sal-aħħar – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa ta' San Kalċidonju offruta lin-nisa li se jwelldu, biex il-Mulej iħares lilhom u lit-tarbija tagħhom fil-ħlas u wara

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Huma ftit il-qaddisin li d-devozzjoni lejhom bdiet f’Malta. Għandna lil San Publju u lil San Ġorġ Preca, u l-Beati Nazju Falzon u Marija Adeodata Pisani, li kienu jgħixu hawn. Imma hemm qaddis li ma għexx f’Malta u li d-devozzjoni lejh bdiet f’Malta: dan hu San Kalċedonju, li qed niċċelebraw il-festa tiegħu llum. Ir-raġuni hi għaliex snin ilu, fl-1753, il-Papa ta’ dak iż-żmien, Benedittu XIV, kien bagħat hawnhekk il-fdalijiet tiegħu lill-Ġiżwiti li kienu jgħixu f’dan il-post, il-kunvent li kien jissejjaħ tal-Madonna ta’ Manresa… Kompli aqra »

Quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla għax-xogħol tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa

B’ringrazzjament għall‑ħidma tal‑impjegati kollha fil‑qasam tas‑saħħa waqt l‑eqqel żmien tal‑imxija tal‑COVID‑19, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jiċċelebra Quddiesa ta’ radd il‑ħajr lil Alla. Din se ssir nhar il‑Ħamis, 30 ta’ Lulju 2020, fid‑9:30 a.m., fil‑Bażilika ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid.

Għal din il‑Quddiesa, il‑Ministeru tas‑Saħħa qed jistieden lill‑frontliners minn diversi oqsma tas‑saħħa li waqt il‑pandemija ħadmu b’dedikazzjoni kbira biex titħares is‑saħħa tal‑poplu Malti u Għawdxi… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 24 ta’ Lulju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 3, 14-17
Salm: Ġer 31, 10.11-12ab.13

L-Evanġelju: Mt 13, 18-23

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Mela isimgħuha intom il-parabbola ta’ dak li ħareġ jiżra’. Kull min jisma’ l-kelma tas-Saltna u ma jifhimhiex, jersaq il-Ħażin u jisraqlu dak li jkun inżera’ f’qalbu: dan huwa dak li nżera’ mal-mogħdija.

Dak li nżera’ f’art kollha blat huwa dak li jisma’ l-Kelma u jilqagħha minnufih bil-ferħ, imma għeruq ma jkollux fih innifsu, u għalhekk ftit idum; imbagħad jiġi fuqu l-għawġ, jew isib min iħabbtu minħabba l-Kelma, u malajr jitfixkel… Kompli aqra »

It-talb iwassal għall-imħabba – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' Santa Briġida tal-Iżvezja

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fil-festa ta’ Santa Briġida, dan l-Evanġelju jispjegalna forsi l-qalb ta’ din il-qaddisa li magħrufa wkoll bħala mara ta’ mistiċiżmu awtentiku u kbir.

Fil-fatt, nistgħu ngħidu li kienet magħżula minn Alla biex tkun profeta għall-Knisja. Briġida, anke mqanqla mit-talb u bil-kuntatt kontinwu ma’ Ġesù, kienet tħares lejn il-kapijiet ta’ żmienha — kemm reliġjużi kemm ċivili — u kienet tiktbilhom ittri qawwija ħafna b’mod anke dirett… Kompli aqra »

Tixtieq tgħallem ir-reliġjon jew tkun direttur spiritwali?

Boroż ta' studju għal korsijiet fl-Akkumpanjament Spiritwali, Teoloġija u Spiritwalità

Il-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta qed tilqa’ applikazzjoni għal dawn il-korsijiet li se jiftħu f’Ottubru 2020:

  • Ċertifikat fil-Protezzjoni tat-Tfal u ż-Żgħażagħ – programm ġdid offrut fuq bażi part-time (filgħaxija) u mifrux fuq żewġ semestri. Hu offrut f’kollaborazzjoni mal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, mad-Dipartiment tal-Liġi Ċivili u mas-Safeguarding Commission Malta.