Arkivji mensili: Lulju 2020

Appell biex inkomplu nieħdu ħsieb saħħitna

Il-Knisja f’Malta tappella biex ilkoll nosservaw b’attenzjoni d-direttivi dwar il-prevenzjoni tal-COVID-19 għall-ħarsien tas-saħħa tagħna u tal-oħrajn. Dan jgħodd ukoll għall-Quddies fil-knejjes.

Il-Knisja tfakkar li għal din is-sena qed torganizza l-festa fil-parroċċi u fi knejjes oħra b’quddiesa u pellegrinaġġ biss. Attivitajiet oħra, bħalma huma l-marċi, mhumiex responsabbiltà tal-Knisja imma tal-entità li torganizzahom u tal-awtorità ċivili li tawtorizzahom. Fil-każ tal-marċi r-responsabbiltà hi tal-każini tal-banda u tal-Pulizija… Kompli aqra »

Fis-skiet u fil-kwiet u b’mod effettiv

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Meta Ġesù jsemmi ż-żerriegħa tal-mustarda, qed isemmi żerriegħa żgħira ħafna li mill-bogħod lanqas taraha. U meta jsemmi l-ħmira, qed isemmi xi ħaġa wkoll li hi ftit. Żerriegħa u ħmira huma dawk li fil-fatt jaħdmu minn ġewwa, ix-xogħol li jagħmlu huwa minn ġewwa.

Meta Ġesù jgħid li s-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil żerriegħa tal-mustarda, qed jgħid li diż-żerriegħa ma tibqax żerrriegħa imma tiżviluppa f’siġra… Kompli aqra »

L-Arċisqof lill-Bażilika Minuri ta’ Raħal Ġdid: Titlu li jġib responsabbiltà

Quddiesa fejn inqara d-digriet uffiċjali tal-Papa li eleva l-knisja għal bażilika minuri

  Il-Bażilika Minuri ta' Kristu Re, Raħal Ġdid

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju li għadna kemm smajna jibqa’ dejjem sfida għal kull wieħed u waħda minna. Dan ir-re, dan is-sultan, li aħna nqimu u li għalih ġiet iddedikata din il-parroċċa bażilika minuri, huwa re li jħossu ħaġa waħda ma’ kull wieħed u waħda minna. Dak kollu li nagħmlu lil xulxin iqisu magħmul lilu nnifsu: “Kulma għamiltu lill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi” (Mt 25:40)… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku fl-Anġelus: Infitxxu bla waqfien is-Saltna tas-Smewwiet

Il-Papa Franġisku waqt l-Anġelus  (Vatican Media)

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju ta’ dal-Ħadd (cfr Mt 13,44-52) huwa l-aħħar vrus tal-kapitlu li Mattew jiddedika għall-parabboli dwar is-Saltna tas-Smewwiet.  Is-silta fiha tliet parabboli xotti u qosra ħafna: dik tat-teżor moħbi, dik tal-ġawhra prezzjuża u dik tax-xibka li tintefa’ fil-baħar.

Se nieqaf fuq l-ewwel tnejn li fihom is-Saltna tas-Smewwiet hija mqabbla ma’ żewġ realtajiet “prezzjużi”, jiġifieri t-teżor moħbi fl-għalqa u l-ġawhra li tiswa ħafna.  Ir-reazzjoni ta’ dak li jsib il-ġawhra jew it-teżor hi prattikament l-istess: ir-raġel u n-negozjant ibiegħu kollox biex jiksbu dak li issa għandhom l-aktar għal qalbhom.  B’dawn iż-żewġ tixbihat, Ġesù għandu l-għan li jinvolvi lilna fil-bini tas-Saltna tas-Smewwiet billi jippreżentalna karatteristika essenzjali tal-ħajja nisranija, tal-ħajja tas-Saltna tas-Smewwiet: jintrabtu bis-sħiħ  mas-Saltna tas-Sema dawk li lesti jinqatgħu minn kollox, li huma kuraġġużi.  Infatti, kemm ir-raġel kif ukoll in-negozjant taż-żewġ parabboli ibiegħu kull ma għandhom u jinsew għal kollox is-sigurtajiet materjali tagħhom.  Minn hawn nifhmu li l-bini tas-Saltna tas-Smewwiet ma jitlobx biss il-grazzja t’Alla  iżda wkoll id-disponibbiltà attiva tal-bniedem.  Kollox hu grazzja, kollox!  Min-naħa tagħna titlob biss id-disponibbiltà li nirċevuha, mhux li nirreżistu l-grazzja: il-grazzja kollox tagħmel imma hemm bżonn tar-responsabbiltà “tiegħi” u tad-disponibbiltà “tiegħi”… Kompli aqra »

It-tfal jiddiskutu l-Knisja u l-Covid-19

L-Arċisqof Charles Scicluna żamm l-appuntament tiegħu mal-Kummissjoni Djoċesana Tfal fejn kif jagħmel dejjem, tliet darbiet fis-sena jiltaqa’ ma’ dawn il-membri ta’ bejn is-7 u l-14 -il sena. Waqt il-laqgħat jiġu diskussi suġġetti kurrenti u waqt l-aħħar laqgħa, it-tfal u l-Arċisqof Scicluna ddiskutew il-Knisja waqt u wara il-pandemija. 

It-tfal qajmu diversi argumenti, fosthom relatati mas-sagramenti u l-mod kif qed jiġu ċċelebrati, il-ftuħ tal-iskejjel u l-preparazzjoni f’każ li tiġi t-tieni mewġa tal-pandemija… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 27 ta’ Lulju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 13, 1-11
Salm: Dewt 32, 18-19.20.21

L-Evanġelju: Mt 13, 31-35

F’dak iż-żmien, Ġesù ġab lill-folla parabbola oħra u qalilhom: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel ikun qabad u żeragħha fl-għalqa tiegħu. Hija tabilħaqq l-iżgħar waħda fost iż-żrieragħ kollha, iżda meta tikber, tkun l-akbar waħda fost il-ħxejjex u ssir siġra, hekk li l-għasafar tal-ajru jiġu jbejtu fil-friegħi tagħha”… Kompli aqra »

Teżor u ġawhra – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-17-il Ħadd tas-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Biex Ġesù jfiehem lin-nies dak li ried jgħid, kien juża spiss it-tixbihat. Illum nixtieq li niffukaw fuq tnejn minn dawk li jsemmi fl-Evanġelju, li kellhom tifsira speċjali għan-nies ta’ żmienu: 
(i) it-teżor moħbi f’għalqa u
(ii) il-ġawhra li negozjant isib u mbagħad jixtri lilha għax tiswa ħafna.

Ġesù jgħid li s-saltna tas-smewwiet tixbah lil teżor moħbi f’għalqa, li wieħed ibigħ kulma jkollu u jixtri dik l-għalqa… Kompli aqra »

L-għażla li jagħtina l-Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa fis-17-il Ħadd Matul is-Sena

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Fidwa, Selmun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nistgħu nifhmu aħjar l-ewwel żewġ parabboli li jagħtina Ġesù llum fl-Evanġelju skont San Mattew kapitlu 13, fid-dawl anke tar-rakkont sabiħ li smajna fl-ewwel qari. David miet u bħala sultan warajh, il-Mulej jagħżel lil Salamun, li fil-ħolm ikollu dan id-djalogu mal-Mulej. Il-Mulej jagħmillu mistoqsija, li tista’ tkun ukoll mistoqsija li għamel lill-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna: “Itlobni xi ħaġa x’nagħtik” (1 Slat 3:5)… Kompli aqra »

Żewġ saċerdoti inkardinati fl-Arċidjoċesi ta’ Malta

Fr Alliston Fernandes and Fr Francis D’Sousa, two priests from the ICPE Mission Priests were incardinated into the Archdiocese of Malta during a ceremony presided by Archbishop Charles Jude Scicluna.

In 2015, Archbishop Scicluna gave permission to set up a house for the formation of future ICPE Mission priests within the archdiocesan seminary of Malta. They are presently involved in the work of forming future priests for the mission while also serving within the archdiocese of Malta… Kompli aqra »