L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Awwissu
29/08/2020Il-Martirju ta’ Ġwanni l-Battista
Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Ġer 1, 17-19
Salm: 70, 1-6.15.17
L-Evanġelju: Mk 6, 17-29
F’dak iż-żmien: Erodi bagħat jarresta ’l Ġwanni u qaflu fil-ħabs minħabba f’Erodja, mart ħuħ Filippu, billi kien iżżewwiġha hu. Għax Ġwanni lil Erodi kien jgħidlu: “Ma tistax iżżommha int il-mara ta’ ħuk.”
Għalhekk Erodja saret tobogħdu u kienet trid toqtlu, imma ma kinitx tista’, għax Erodi, li kien jaf x’raġel tajjeb u qaddis kien Ġwanni, kien jibża minnu: u kien iħarsu mill-għawġ, u kien iħobb joqgħod jisimgħu, għad li kien jibqa’ mħasseb ħafna wara li jisimgħu… Kompli aqra »