Arkivji mensili: Awwissu 2020

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 24 ta’ Awwissu, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 21, 9b-14
Salm: 144, 10-13.17-18

L-Evanġelju: Ġw 1, 45-51

F’dak iż-żmien: Filippu sab ’il Natanael u qallu: “Sibna ’l dak li fuqu kitbu Mosè, fil-Liġi, u l-profeti, Ġesù ta’ Nazaret, bin Ġużeppi.” Qallu Natanael: “Tista’ toħroġ xi ħaġa tajba minn Nazaret?” “Ejja u ara,” wieġbu Filippu. Meta Ġesù ra lil Natanael riesaq lejh,  qal: “Hawn hu Israeli li jistħoqqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih.” Natanael staqsieh: “Rabbi, kif sirt tafni?”

U Ġesù wieġbu: “Rajtek taħt siġra tat-tin qabel ma kellmek Filippu.” “Rabbi,” qallu Natanael, “int l-Iben ta’ Alla, inti s-sultan ta’ Israel!” Ġesù wieġbu: “Qiegħed temmen għax għidtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin? … Kompli aqra »

Mibnija fuq blata – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-21 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Blata” hi xi ħaġa soda, li tista’ sserraħ fuqha, li ma ċċedix għall-pressjoni. Fl-Iskrittura nsibu li Alla jissejjaħ blata: “Il-Mulej hu l-blata tiegħi” (ara Salmi 17 u 61). Miegħu nafu li qegħdin fis-sod.

Għalhekk, tinstema’ ħafna stramba meta Ġesù lil Pietru jgħidlu “Inti Pietru u fuq din il-blata nibni l-Knisja tiegħi…”  Tinstema’ stramba għax meta qed ikellem lil Pietru, qed ikellem lil xi ħadd li jekk kien kollox, ma kienx blata… Kompli aqra »

Min hu Ġesù għalik? – L-Arċisqof

Il-21 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

  Il-Kappella ta' Santa Marija Maddalena, Ħad-Dingli

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jibda bi djalogu fejn jistaqsi lid-dixxipli tiegħu li qegħdin f’inħawi pagani, Ċesarija ta’ Filippu, lil hinn mill-folol, u jistaqsihom x’qed jgħidu fuqu n-nies.

“Min jgħidu n-nies li hu Bin il-Bniedem?” (Mt 16:13). It-tweġiba tad-dixxipli tindikalna li l-fama ta’ Ġesù kienet fama mhux biss ta’ qdusija imma ta’ awtorità. Semmewlu ’l Ġwann il-Battista, lil Elija, lil Ġeremija, wieħed mill-profeti (Mt 16:14)… Kompli aqra »

Nimxu fuq il-passi ta’ San Anard: Ngħinu u nilqgħu lil kull tip ta’ priġunier – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' San Anard

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Anard, Ħal Kirkop

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ta’ min  jistaqsi fil-festa tal-għażiż San Anard, jew San Leonardu, għaliex il-Knisja tissuġġerixxi l-Evanġelju li għadna kemm smajna. Pietru għadu kemm sema’ lil Ġesù jitkellem dwar id-diffikultà ta’ min jorbot qalbu mal-ħwejjeġ u l-għana ta’ din l-art li jidħol fis-saltna. Lil Ġesù jgħidlu: “Tajjeb! Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk; issa x’se jmissna?” (Mt 19:27). Ġesù ma jgħidlux kemm hu tost, imma  “Tassew ngħidilkom, intom li ġejtu warajja, fid-dinja l-ġdida, meta Bin il-Bniedem joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu, intom ukoll toqgħodu fuq tnax-il tron u tagħmlu ħaqq mit-tnax-it-tribu ta’ Iżrael” (Mt 19:28)… Kompli aqra »

L-Isqof Anton Teuma: id-disa’ Isqof tad-Djoċesi ta’ Għawdex

Il-Ġimgħa 21 ta’ Awwissu 2020, meta l-Knisja Kattolika kienet qed tiċċelebra t-Tifkira liturġika ta’ wieħed mill-akbar papiet tagħha, San Piju X, fir-Rotunda ta’ San Ġwann Battista, ix-Xewkija, fil-5.30pm, inżammet il-Konsagrazzjoni Episkopali ta’ Dun Anton Teuma, id-disa’ Isqof tad-Djoċesi ta’ Għawdex.

L-Isqof Konsagrant ewlieni kien Mons. Mario Grech, issa Isqof emeritu ta’ Għawdex, li kien akkumpanjat min-Nunzju Appostoliku Alessandro D’Errico u mill-Arċisqof ta’ Malta Charles J… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd mill-Kappella ta’ Santa Marija Maddalena, Ħad-Dingli – 23 ta’ Awwissu, 9:30am

  Il-Kappella ta' Santa Marija Maddalena, Ħad-Dingli

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 23 ta’ Awwissu

Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 22, 19-23
Salm: 137 (138), 1-2a.2bc-3.6.8bc
It-Tieni Qari: Rum 11, 33-36

L-Evanġelju: Mt 16, 13-20

F’dak iż-żmien, meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Min jgħidu n-nies li hu Bin il-bniedem?”. U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti”… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 22 ta’ Awwissu, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 43, 1-7a
Salm: 84 (85), 9ab-10.11-12.13-14

L-Evanġelju: Mt 23, 1-12

F’dak iż-żmien, Ġesù kellem lin-nies u lid-dixxipli tiegħu, u qalilhom: “Fuq il-katedra ta’ Mosè qagħdu l-kittieba u l-Fariżej. Mela kulma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh, iżda tagħmlux kif jagħmlu huma, għax huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn. Huma jorbtu qatet kbar u tqal u jgħabbuhom fuq spallejn ħaddieħor, waqt li huma stess anqas b’sebagħhom wieħed ma jridu jħarrkuhom… Kompli aqra »