Arkivji mensili: Awwissu 2020

Il-Papa jappella “għall-ħelsien” tal-Madonna mid-devozzjoni tal-Mafja

Kompli aqra »Pope Francis is helped by Mons. Leonardo Sapienza as he lays a bunch of flowers in front of the house of Rev. Pino Puglisi, in Palermo, Italy, Saturday, Sept. 15, 2018. Pope Francis is paying tribute in Sicily to a priest who worked to keep youths away from the Mafia and was slain by mobsters. Francis has flown to the Mediterranean island on the 25th anniversary of the assassination in Palermo of the Rev…

Il-munita tad-deheb li tana l-Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tifkira ta' San Piju X

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-motto li l-Papa San Piju X għażel għall-pontifkat tiegħu kien ispirat minn frażi tal-Appostlu Missierna San Pawl: “Inġeddu kollox fi Kristu” (instaurare omnia in Christo).

Fid-dawl tal-Evanġelju li għadna kemm smajna, u r-risposta ta’ Ġesù għal liema huwa l-ikbar kmandament fil-liġi, nifhmu li biex inġeddu kollox fi Kristu għandna direzzjoni waħda radikali u fondamentali, u din hija l-imħabba… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 21 ta’ Awwissu, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 37, 1-14
Salm: 106 (107), 2-3.4-5.6-7.8-9

L-Evanġelju: Mt 22, 34-40

F’dak iż-żmien, il-Fariżej, meta semgħu kif Ġesù lis-Sadduċej kien saddilhom ħalqhom, inġabru madwaru, u wieħed minnhom, għaref fil-Liġi, għamillu din il-mistoqsija biex iġarrbu: “Mgħallem, liema hu l-kmandament il-kbir, fil-Liġi?”. 

Qallu Ġesù: “Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu”. Dan hu l-kmandament il-kbir u l-ewwel wieħed… Kompli aqra »

Għaref u mimli mħabba – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa b'tifkira ta' San Bernard, abbati u duttur tal-Knisja

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

San Bernard, li qegħdin nagħmlu t-tifkira tiegħu llum, twieled fi Franza fl-1090. Kellu familja sinjura u nobbli, u kbira; hu kien it-tielet fost sebat aħwa.

Meta kellu -il sena, mietet ommu. Din kienet għalih esperjenza tassew iebsa. Ġagħlitu jaħseb ħafna. Hu, li kien trabba fi mħabba kbira lejn Alla, beda jara liema hi t-triq tiegħu. Iddeċieda, fl-1112, li jidħol maċ-Ċisterċensi f’monasteru f’Citeaux ġewwa Franza… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 20 ta’ Awwissu, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 36, 23-28
Salm: 50 (51), 12-13.14-15.18-19

L-Evanġelju: Mt 22, 1-14

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ qabad ikellem lill-kbarat tal-qassisin u lill-fariżej bil-parabboli u qalilhom: “Is-Saltna tas-smewwiet tixbah lil wieħed sultan li għamel festa għat-tieġ ta’ ibnu. U bagħat għall-mistednin mal-qaddejja tiegħu biex jiġu għall-festa; imma dawk ma ridux jiġu. U reġa’ bagħat qaddejja oħra, u qalilhom: “Għidu lill-mistednin: Ara, il-mejda tiegħi lesta; il-barrin u l-għoġiela msemmna diġà maqtula u kollox lest; ejjew għall-festa”… Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Udjenza: Il-fejqan tad-dinja hu opportunità biex tinbena xi ħaġa aħjar

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-pandemija kixfet is-sitwazzjoni diffiċli tal-foqra u n-nuqqas kbir ta’ ugwaljanza li jsaltan fid-dinja. U l-virus, waqt li ma jagħmilx differenza bejn il-persuni, tul il-mixja qerrieda tiegħu sab nuqqasijiet kbar ta’ ugwaljanza u diskriminazzjonijiet kbar. U kompla żiedhom!

Allura t-tweġiba għall-pandemija hi doppja. Minn banda, huwa indispensabbli nsibu l-kura għal virus żgħir imma tremend, li niżżel għarkupptejha lid-dinja kollha… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 19 ta’ Awwissu, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 34, 1-11
Salm: 22 (23), 1-3a.3b-4.5.6

L-Evanġelju: Mt 20, 1-16a

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Ara, is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed sid li ħareġ filgħodu kmieni ħafna biex isib nies tax-xogħol u jħaddimhom fl-għalqa tiegħu tad-dwieli. Ftiehem ma’ xi ħaddiema b’dinar kuljum u bagħathom l-għalqa. Ħareġ ukoll madwar it-tielet siegħa, ra oħrajn qegħdin fil-pjazza, bla xogħol, u qalilhom: “Morru intom ukoll l-għalqa, u nagħtikom li jkun ħaqqkom”… Kompli aqra »