Karatteristiċi ta’ skola Kattolika
Il-messaġġ tal-Isqof Joseph Galea-Curmi lill-edukaturi l-ġodda fl-iskejjel tal-Knisja
30/09/2020 Il-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaBi tħejjija għall‑ftuħ tas‑sena skolastika 2020‑2021, l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi ltaqa’ mal‑edukaturi l‑ġodda fl‑iskejjel tal‑Knisja waqt seminar online organizzat mis‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija. Aktar minn 150 edukatur ġdid bdew jaħdmu fl‑iskejjel tal‑Knisja f’din is‑sena skolastika l‑ġdida.
Fil-messaġġ tiegħu l-Isqof irringrazzja lill-edukaturi talli għażlu li jgħallmu fi skola tal-Knisja u stedinhom biex jieħdu dejjem bis-serjetà l-formazzjoni kontinwa (ongoing education), b’mod partikolari f’dak kollu li jiddistingwi l-iskola Kattolika u l-etos tagħha… Kompli aqra »