Il-folla tan-nies mhux bilfors għandha raġun – L-Isqof Galea-Curmi
25/09/2020 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
L-istħarriġ li għamel Ġesù mad-dixxipli tiegħu, biex jara n-nies x’jaħsbu fuq min kien, jidher li ma tax wisq riżultati tajbin. Id-dixxipli rrapportawlu li kien hemm min qed jgħid li hu Ġwanni l-Battista, oħrajn Elija, u oħrajn wieħed mill-profeti. Il-maġġoranza kbira ma kinux jafu sew min kien – u kienu żbaljati.
U meta staqsa mbagħad lilhom, lid-dixxipli, u Pietru qallu: “Inti l-Messija ta’ Alla” – risposta tajba – Ġesù mal-ewwel spjega kif għandu jifhem il-kelma ‘Messija’: li hu kien se jbati ħafna, jiċħduh, joqtluh u fit-tielet jum iqum… Kompli aqra »