Arkivji mensili: Settembru 2020

Quddiesa u Rużarju – 24 ta’ Settembru, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Koħ 1, 2-11
Salm: 89 (90), 3-4.5-6.12-13. 14 u 17

L-Evanġelju: Lq 9, 7-9

F’dak iż-żmien, dawn il-ġrajja kollha waslu f’widnejn Erodi t-tetrarka u beda jitħasseb, għaliex xi wħud kienu qegħdin jgħidu li Ġwanni qam mill-imwiet, waqt li oħrajn qalu li deher Elija, u oħrajn li qam wieħed mill-profeti tal-imgħoddi.

Iżda Erodi qal: “Lil Ġwanni qtajtlu rasu; mela min hu dan li fuqu qiegħed nisma’ dan kollu?” U beda jfittex li jarah… Kompli aqra »

Il-Papa: ‘L-uniku mod biex noħorġu minn din il-kriżi huwa li ningħaqdu flimkien’

Għeżież ħuti, donnu t-temp ma tantx hu tajjeb, imma xorta nagħtikom l-għodwa t-tajba!

Biex noħorġu aħjar minn kriżi bħal din ta’ żmienna, li hi kriżi tas-saħħa u fl-istess ħin kriżi soċjali, politika u ekonomika, kull wieħed u waħda minna hu msejjaħ jagħmel il-parti tiegħu ta’ responsabbiltà, jiġifieri jaqsam fir-responsabbiltajiet. Jeħtieġ inwieġbu mhux biss bħala individwi, imma anki fil-grupp ta’ appartenenza tagħna, fir-rwol li għandna fis-soċjetà, bil-prinċipji tagħna u, jekk nemmnu, bil-fidi f’Alla… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 23 ta’ Settembru, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Prov 30, 5-9
Salm: 118 (119), 29.72.89.101.104.163

L-Evanġelju: Lq 9, 1-6

F’dak iż-żmien, Ġesù sejjaħ lit-Tnax madwaru u tahom qawwa u setgħa fuq ix-xjaten kollha u li jfejqu l-mard. U bagħathom ixandru s-Saltna ta’ Alla u jfejqu l-morda.

U qalilhom: “Tieħdu xejn magħkom għat-triq, la ħatar, la ħorġa, la ħobż u lanqas flus, u lanqas ma jkollkom żewġ ilbiesi… Kompli aqra »

“L-ewtanasja hija reat kontra l-ħajja tal-bniedem; inkurabbli ma jfissirx tmiem il-kura”

On Tuesday, the Congregation for the Doctrine of the Faith announced the publication of a Letter approved by Pope Francis on 25 June and entitled Samaritanus bonus (“The Good Samaritan”): On the Care of Persons in the Critical and Terminal Phases of Life”. It bears 14 July as its publication date, in honor of St Camillus de Lellis, the patron saint of the sick, hospitals, nurses, and physicians… Kompli aqra »

Qalbna titħassar meta ma nkunux kapaċi nħennu – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Bħalma smajna fl-introduzzjoni għall-quddiesa, Ġesù llum jindika l-familja ġdida tiegħu. Ma nistgħux nifhmu dan il-kliem bħala ċaħda ta’ ommu Marija u tal-familja tiegħu li x’aktarx kienet tgħix Nazaret f’dawk li l-Evanġelju jsemmi bħala ħutu. Imma nifhmu li l-komunità Nisranija baqgħet tiftakar din ir-reazzjoni tiegħu meta xi ħadd qallu: “Ommok u ħutek”, li ġejjin mil-laħam, “qegħdin hawn barra u jridu jarawk” (Mt 8:20).

“Ommi u ħuti huma dawk li jisimgħu l-Kelma ta’ Alla u jagħmlu li jgħid hu” (Mt 8:21)… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 22 ta’ Settembru, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Prov 21, 1-6.10-13
Salm: 118 (119), 1.27.30.34.35.44

L-Evanġelju: Lq 8, 19-21

F’dak iż-żmien, ġew għal Ġesù ommu u ħutu, iżda ma setgħux jersqu lejh minħabba l-folla. Xi ħadd qallu: “Ommok u ħutek qegħdin hawn barra u jridu jarawk”.

Iżda hu weġibhom: “Ommi u ħuti huma dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jagħmlu li jgħid Hu”… Kompli aqra »

Indipendenza 2020: Seba’ prinċipji għall-fejqan

Quddiesa Pontifikali f'Jum l-Indipendenza

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Aħna u niċċelebraw Jum l-Indipendenza din is-sena nifhmu Ii qegħdin niċċelebraw pass importanti fl-istorja kostituzzjonali ta’ pajjiżna – it-twelid ta’ Malta bħala pajjiż sovran immexxi mill-Maltin. Imma ma nistgħux ninsew ukoll li qegħdin niċċelebraw dan il-jum fil-kuntest tal-pandemija li laqtet lid-dinja u laqtet lilna wkoll.

Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku, fil-5 ta’ Awwissu 2020, beda serje ta’ katekeżi bit-tema ‘Infejqu lid-Dinja’… Kompli aqra »