Yearly Archives: 2020

Aqdi lil dan il-poplu għażiż u jkun hu stess il-faraġ u l-ferħ ta’ qalbek – L-Arċisqof lil Patri Andrew Galea

Quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta' Patri Andrew Galea OFM Conv. bħala kappillan tal-Parroċċa tal-Qawra

  Il-Knisja Parrokkjali San Franġisk t'Assissi, il-Qawra

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Qabel isellmu din il-Knisja parrokkjali llum, ħudu ħsieb li tieqfu ftit fuq wara tal-Knisja fejn hemm il-battisteru u li għandu xbieha sabiħa ta’ din il-festa li qegħdin niċċelebraw illum: il-Magħmudija tal-Mulej.

Għażiż Fr Andrew, nixieq nislet ftit riflessjonijiet li tissuġġerili propju din il-festa biex ikunu għalik gwida f’dan il-ministeru pastorali ġdid li l-Knisja qiegħda tafdalek permezz tas-superjur tiegħek, il-Provinċjal u tal-Isqof… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 1, 9-20
Salm: 1 Sam 2, 1.4-5.6-7.8abċd

L-Evanġelju: Mk 1, 21b-28

F’dak iż-żmien, Ġesù, f’jum is-Sibt, daħal fis-sinagoga ta’ Kafarnahum u qagħad jgħallem. In-nies baqgħu mistagħġbin bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax beda jgħallimhom bħal wieħed li għandu s-setgħa, u mhux bħall-kittieba.

Mela jkun hemm fis-sinagoga tagħhom raġel bi spirtu ħażin u qabad jgħajjat u jgħid: “Aħna x’għandna x’naqsmu, Ġesù ta’ Nazaret? … Kompli aqra »

Stqarrija mill-Konferenza Episkopali Maltija dwar il-ħatra ta’ Prim Ministru ġdid

L‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex jawguraw kull ġid u barka lill‑Prim Ministru l‑ġdid ta’ Malta, l‑Onorevoli Dr Robert Abela, filwaqt li jawguraw ukoll li l‑ħidma u l‑koperazzjoni bejn il‑Knisja u l‑Istat ikomplu fi spirtu ta’ rispett tal‑awtonomija reċiproka u fi spirtu ta’ kollaborazzjoni għall-ġid komuni.

L-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Mario Grech u l-Isqof Joseph Galea-Curmi jagħmlu appell lill‑Insara kollha f’pajjiżna biex jitolbu għal dawn l‑intenzjonijiet… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: ‘Ġesù jgħallimna biex inkunu umli, sempliċi, rispettużi’

Pope Francis explains that Jesus shows us how to fulfill the Father’s plan with filial obedience, meekness, simplicity and respect as we go about our mission to witness and proclaim the Father’s boundless love for all of His children.

Recalling the joy of having just baptized several babies in the Vatican, Pope Francis addressed the pilgrims gathered in St. Peter’s Square for the Angelus prayer and spoke about how Christians today must adopt Jesus’ meek and simple attitude… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 1, 1-8
Salm: 115 (116), 12-13.14-17.18-19

L-Evanġelju: Mk 1, 14-20

Wara li arrestaw lil Ġwanni, Ġesù mar il-Galilija jxandar l-Evanġelju ta’ Alla u jgħid: “Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna ta’ Alla waslet; indmu u emmnu fl-Evanġelju”.

Waqt li kien għaddej ma’ xatt il-baħar tal-Galilija, lemaħ lil Xmun u ’l ħuh Indrì qegħdin ikalaw ix-xbiek fil-baħar, għax kienu sajjieda… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 12 ta’ Jannar

Il-Magħmudija tal-Mulej
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 42, 1-4.6-7
Salm: 28 (29), 1a-2.3aċ-4.3b u 9b-10
It-Tieni Qari: Atti 10, 34-38

L-Evanġelju: Mt 3, 13-17

F’dak iż-żmien, Ġesù ġie mill-Galilija lejn il-Ġordan għand Ġwanni biex jitgħammed minnu. Imma Ġwanni ma ħalliehx, u qallu: “Jiena hu li jeħtieġ li nitgħammed minnek, u inti tiġi għandi?”. Ġesù qallu: “Inti għalissa ħallik minn dan, għax hekk jixraq nagħmlu, biex intemmu s-sewwa kollu”… Kompli aqra »

Ir-responsabbiltà u l-privileġġ tagħkom hu li tkunu sinjal ta’ tama għal xulxin – L-Arċisqof lill-koppji miżżewġa

Quddiesa għall-koppji li żżewġu fl-2019

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

It-talba tal-Knisja f’din il-festa tfakkarna li f’dan il-mument importanti fil-ħajja ta’ Ġesù fejn hu jiddeċiedi jitlaq lil ommu, ormaj armla, Nazaret, jiġbor miegħu grupp ta’ dixxipli u nafu li mbagħad din l-esperjenza ddum għal tliet snin sakemm joqtluh f’Ġerusalemm u jqum mill-imwiet.

Imma llum qegħdin niċċelebraw propju l-bidu ta’ din l-esperjenza u f’din il-festa t-talba tal-Knisja tfakkarna wkoll li m’aħniex qed niltaqgħu biss ma’ Ġesù, imma l-Ispirtu jidher forma ta’ ħamiema u tinstema’ l-vuċi tal-Missier… Kompli aqra »

L-ewwel nagħrfu l-biżgħat tagħna mbagħad inqegħduhom quddiem il-Mulej – L-Isqof Awżiljarju lill-kappillani

Quddiesa waqt il-Live-in tal-Kappillani

  Is-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

F’din ix-xena mill-Evanġelju ta’ San Mark tolqotni ħafna kif għandna ħin minnhom lil Ġesù jitlob fuq l-għolja, u fl-istess waqt id-dixxipli ġo dgħajsa jitħabtu mar-riħ. Dan qisu rifless tal-esperjenza tal-ewwel komunità Nisranija meta Ġesù tela’ s-sema u d-dixxipli mbagħad kellhom jitħabtu maċ-ċirkostanzi diffiċli tal-ħajja tal-komunità.                                                                                                             

U f’dan kollu hemm dik il-kelma importanti ta’ Ġesu meta ġie u ltaqa’ magħhom: “Agħmlu l-qalb, jiena hu, tibżgħu xejn” (Mk 6:50)… Kompli aqra »

L-arti tas-smigħ fil-ħajja u l-ħidma tal-kappillan

Live-in tal-Kappillani 2020

  Is-Seminarju, Tal-Virtù

Patri Martin Micallef OFM Cap – wiehed mill-kelliema waqt il-live-in

Fit-tlett ijiem ta’ formazzjoni ta’ din is-sena, il-kappillani tas-70 parroċċa f’Malta għażlu li jitħarrġu fl-arti tas-smigħ. Dan sar waqt il-live-in annwali li ntemm il-Ħamis 9 ta’ Jannar, fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù. L-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi attendew għal-live-in u mexxew iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddies flimkien mal-kappillani.

Matul dawn il-ġranet, il-kappillani ħadmu fuq numru ta’ attitudnijiet u ħiliet marbuta ma’ tliet aspetti essenzjali tas-smigħ: is-smigħ ta’ Alla, is-smigħ ta’ xulxin, u s-smigħ tar-realtà ta’ madwarna… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 5, 14-21
Salm: 149, 1-2.3-4.5 u 6a u 9b

L-Evanġelju: Ġw 3, 22-30

F’dak iż-żmien, Ġesù ġie mad-dixxipli tiegħu fl-art tal-Lhudija, u baqa’ hemm magħhom jgħammed. Ġwanni wkoll kien qiegħed jgħammed f’Għajnun, qrib Salim, għax f’dik in-naħa kien hemm ħafna ilma; u n-nies kienet tiġi biex titgħammed. Sa issa lil Ġwanni kienu għadhom ma tefgħuhx fil-ħabs… Kompli aqra »