Yearly Archives: 2020

Quddiesa fit-Tifkira tal-Mejtin Kollha – 2 ta’ Novembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna Addolorata, iċ-Ċimiterju tal-Addolorata, Raħal Ġdid

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Novembru

L-Għid tal-Imwiet
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġob 19, 1.23-27a
Salm: 26
It-Tieni Qari: Rum 19, 1.23-27a

L-Evanġelju: Ġw 6, 37-40

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lin-nies: “Dak kollu li missieri jagħtini jiġi għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx ’il barra; għax jiena nżilt mis-sema biex nagħmel mhux ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta’ min bagħatni.

Issa r-rieda ta’ min bagħatni hija din: li jiena ma nitlef xejn minn dak kollu li tani, iżda li nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum… Kompli aqra »

Jagħmlulna ħafna kuraġġ – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa tal-Qaddisin kollha

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

Quddiesa Livestream Hal Balzan – 19/04/20 Aktar ritratti hawn: knisja.mt/ritratti L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Meta ftit ta’ snin ilu Dun Ġorġ Preca kien iddikjarat qaddis, aħna l-Maltin ilkoll fraħna li xi ħadd minn fostna ġie ddikjarat mill-Knisja bħala qaddis, jiġifieri qed igawdi lil Alla għal dejjem. Ħassejnieh bħala unur għalina.

Imma, fil-fatt, meta aħna llum niċċelebraw il-festa tal-qaddisin kollha, din tfakkarna li minbarra dawk li huma ddikjarati qaddisin, li huma ħafna u li ħafna minnhom lanqas nafuhom aħna – meta tara l-lista ta’ qaddisin meqjuma fil-Knisja huma ħafna – hemm ħafna oħra li mhumiex iddikjarati qaddisin imma li qed igawdu lil Alla fis-sema… Kompli aqra »

Ma nieqfu qatt infittxu wiċċ il-Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Qaddisin Kollha u l-kandidatura ta' tliet seminaristi

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxu ’l wiċċek, Mulej” (S 23:6). Din l-espressjoni sabiħa, ispirata mis-Salm 23 jew 24 skont il-verżjonijiet, li llum tlabna wara l-ewwel qari, hi espressjoni sabiħa li tfittex wiċċ il-Mulej u tiġbor fiha dak kollu li nistgħu nifhmu bi ok qdusija. Il-qdusija hija li matul ħajtek tfittex il-wiċċ tal-Mulej. “Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxuh, li jfittxu ’l wiċċek, Alla ta’ Ġakobb”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 1 ta’ Novembru

Il-Qaddisin Kollha – Solennità

L-Ewwel Qari: Apok 7, 2-4,9-14
Salm: 23 (24), 1-2.3-4ab.5-6
It-Tieni Qari: 1 Ġw 3, 1-3

L-Evanġelju: Mt 5, 1-12a

F’dak iż-żmien: Ġesù kif ra l-folol, tela’ fuq il-muntanja, u wara li qagħad bilqiegħda, resqu lejh id-dixxipli tiegħu. U hu fetaħ fommu u qabad ikellimhom u jgħid:

“Henjin il-fqar fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-saltna tas-Smewwiet… Kompli aqra »

Quddiesa fit-festa tal-Qaddisin Kollha – 1 ta’ Novembru, 9:30am

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Dikjarazzjoni mis-Santa Sede dwar id-dokumentarju “Francesco”

Uħud mill-istqarrijiet li saru fid-dokumentarju “Francesco” tad-direttur Evgeny Afineevsky, f’dawn l-aħħar jiem qajmu diversi reazzjonijiet u interpretazzjonijiet. Fid-dawl ta’ dan, qed jiġu offruti xi għajnuniet għad-dispożizzjoni tiegħek, bil-għan li tingħata spjega komprensiva tal-kliem tal-Qdusija Tiegħu.

Waqt intervista li saret aktar minn sena ilu, f’żewġ okkażjonijiet separati, il-Papa Franġisku wieġeb żewġ mistoqsijiet li, f’dan id-dokumentarju ġew editjati daqslikieku kienu tweġiba waħda. Dan mingħajr ma nagħta l-kuntest tal-kliem tal-Papa, bil-konsegwenza li nħolqot konfużjoni… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Novembru 2020

Matul ix‑xahar ta’ Novembru, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser ikompli jiċċelebra Quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑Quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑Quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30 p.m…
  • Kompli aqra »

Baqgħu bla kliem – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fl-Evanġelju nsibu diversi mumenti meta n-nies jistaqsu lil Ġesù; ġieli b’interess, ġieli b’sens ta’ polemika, u ġieli biex jonsbuh. Imbagħad hemm mumenti meta Ġesù nnifsu jagħmel mistoqsija. Hawnhekk fir-rakkont rajna lil Ġesù li jagħmel żewġ mistoqsijiet lill-għorrief tal-liġi u lill-Fariżej. Tolqtok kif l-Evanġelju jgħid li għal dawn il-mistoqsijiet baqgħu siekta: “ma tkellmu xejn”, u “ma kellhomx ħila jweġbuh”.

Ma għamlux hekk għax ma fehmuhx jew għax kienu aljenati, għax l-Evanġelju jgħid fil-bidu li kienu “għajnejhom fih”… Kompli aqra »

140 migrant imutu fl-akbar nawfraġju ta’ din is-sena

At least 140 migrants aboard a ship headed towards Europe drowned off the Senegalese coast marking the deadliest shipwreck recorded this year, the UN International Organization for Migration (IOM) said in a statement on Thursday.

The vessel, bound for Spain’s Canary Islands, reportedly caught fire a few hours after departing the western Senegalese coastal town of Mbour on Saturday before capsizing on the country’s northwest coast, near Saint-Louis… Kompli aqra »