Fidi li ċċaqlaq il-muntanji – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa fl-20 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
16/08/2020 Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal BalzanMal-ewwel daqqa ta’ għajn, jaħsadna dan l-Evanġelju li smajna llum. U ngħidu: dan l-istess Ġesù li nafu? Hawnhekk, meta din il-mara tersaq lejh, għall-bidu jinjoraha. Imbagħad, meta d-dixxipli jgħidulu biex jeħles minnha, ma jagħtix kashom. Imbagħad meta terġa’ tkellmu hi, kważi kważi jqabbilha mal-ġriewi, mal-klieb. Għalhekk dan l-Evanġelju jaħsadna! Ngħidu: dan hu l-istess Ġesù li nafu li kien ifejjaq il-morda, li kien jagħder lill-midinbin, li dejjem ifittex li jagħmel il-ġid lil kulħadd? … Kompli aqra »