Il-mibgħeda tax-Xitan u l-paċi tal-Mulej – L-Arċisqof
Quddiesa fit-raba' Ħadd taż-zmien ta' matul is-sena
31/01/2021 Il-Knisja ta' Santa Katarina, iż-ŻejtunL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Dawn il-Ħdud qegħdin inkomplu naqraw mill-ewwel kapitlu tal-Evanġelju ta’ San Mark. Kapitlu pjuttost twil u fih San Mark jippreżenta l-qofol tal-missjoni ta’ Ġesù.
Tissemma l-belt Kafarnahum li tfisser il-belt ta’ Naħum, Kafar Naħum. Hija belt li kienet u għadha fuq ix-xatt ta’ din l-għadira l-kbira, il-Baħar ta’ Tiberijade. Kafarnahum kienet saret, biex ngħidu hekk, il-belt adottiva ta’ Ġesù… Kompli aqra »