Arkivji mensili: Jannar 2021

Hu Alla li jimla l-qalb – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fl-Epifanija

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-ġrajja tal-maġi li ġew mil-Lvant ifittxu lil Ġesù nifhmuha ħafna aktar meta narawha f’kuntrast bejn dawn il-maġi u Erodi. Il-maġi telqu mill-bogħod, staqsew u fittxew biex jaslu għand Ġesù; u Erodi, li kien is-sultan, lil Ġesù ried jeliminah.  

Il-kuntrast

Minn banda għandek dawn il-maġi li b’ġenwinità qegħdin ifittxu li jaslu għand Ġesù biex iqimuh; u min-naħa l-oħra Erodi li wkoll qed ifittex li jasal għand Ġesù, imma biex jeqirdu… Kompli aqra »

L-istedina tal-Arċisqof fl-Epifanija: Nilqgħu lil Ġesù b’qalb safja

Quddiesa fl-Epifanija u bl-għoti tal-Ministeru tal-Lettorat u l-Akkolitat

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-festa tal-Epifanija, din li qegħdin niċċelebraw illum, aħna l-Maltin nafuha wkoll bħala t-Tre Re, it-tliet slaten li żaru lil Ġesù. Huwa mument importanti fil-ħajja tal-Knisja meta wara l-Evanġelju, bħalma għadna kemm smajna, titħabbar id-data tal-Għid il-Kbir. Il-festi tal-Milied jiġu konklużi billi nħarsu lejn il-misteru kbir tal-mewt u l-qawmien mill-imwiet ta’ Ġesù.

Wara kollox, huwa dan li jattira lis-slaten maġi — li jirrapreżentaw il-ġnus kollha — biex ifittxu din it-tarbija… Kompli aqra »

Quddiesa fis-Solennità tal-Epifanija

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Quddiesa fis-Solennità tal-Epifanija, iċċelebrata mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Waqt il‑quddiesa tal‑lum se jitħabbru l‑festi tal‑Mulej għas‑sena 2021 u l‑Arċisqof se jagħti l‑Ministeru tal‑Lettorat u l‑Ministeru tal‑Akkolitat lil ħames seminaristi.

It‑tliet seminaristi Gylan Camilleri, Ian Diacono u Clive Seychell  se jsiru qarrejja uffiċjali tal‑Kelma ta’ Alla waqt il‑quddies u waqt ċelebrazzjonijiet liturġiċi oħra, waqt li iż‑żewġ seminaristi Sean Abela u Jean‑Claude Attard se jingħataw l‑uffiċċju li jgħinu lis‑saċerdot u lid‑djakni fil‑qadi tal‑ministeru tagħhom waqt iċ‑ċelebrazzjoni tal‑Ewkaristija, iqarbnu lil ħuthom Insara, u jitħeġġu fl‑imħabba personali tagħhom lejn l‑Ewkaristija… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 3 ta’ Jannar

L-Epifanija tal-Mulej – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 60, 1-6
Salm: 71 (72), 1-2.7-8.10-11,12-13
It-Tieni Qari: Ef 3, 2-3a. 5-6

L-Evanġelju: Mt 2, 1-12

Meta twieled Ġesù f’Betlehem tal-Lhudija, fi żmien is-sultan Erodi, xi maġi mil-Lvant ġew Ġerusalemm jistaqsu: “Fejn hu dak li twieled sultan tal-Lhud? Għax rajna l-kewkba tiegħu tielgħa, u ġejna nqimuh”. Is-sultan Erodi sama’ bihom, u tħawwad hu u Ġerusalemm kollha miegħu… Kompli aqra »

L-Omm tal-bidu ġdid – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-Solennità ta' Marija Omm Alla u l-Jum Dinji tal-Paċi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Aħna u nirringrazzjaw lil Alla flimkien illum f’din iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa, u nirringrazzjawh tal-għajnuna li tana matul is-sena li għaddiet – li għal ħafna kienet partikolarment diffiċli minħabba l-pandemija u dak kollu li ġabet magħha – hi okkażjoni llum li nħarsu ’l quddiem lejn din is-sena li qed nibdew. U biex ikollna ispirazzjoni u għajnuna għal din is-sena, il-Knisja tagħtina l-figura ta’ omm… Kompli aqra »

Il-poplu Malti jagħti rigal ta’ €2,531,540 lid-Dar tal-Providenza

“Jien emozzjonat ħafna bil-ġenerożità u s-solidarjetà tal-Maltin u Għawdxin li minkejja kollox taw rigal mill-isbaħ ta’ €2,531,540 lid-Dar tal-Providenza.” Dan qalu Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar, mill-uffiċċju tiegħu fis-Siġġiewi minn fejn kien qed isegwi l-maratona u jwieġeb it-telefonati. Huwa żied jgħid li minkejja l-mard u l-inċertezzi li ġabet magħha l-pandemija Covid-19, il-poplu Malti reġa’ għamel ħwejjeġ kbar mad-Dar tal-Providenza li f’dawn l-aħħar xhur rat tnaqqis kbir fid-dħul tagħha l-aktar billi kellha tħassar attivitajiet ta’ ġbir ta’ flus bħall-maratona tal-volleyball… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 2 ta’ Jannar, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2, 22-28
Salm: 97 (98), 1.2-3ab.3ċd-4

L-Evanġelju: Ġw 1, 19-28

Ix-xhieda ta’ Ġwanni kienet din: meta l-Lhud ta’ Ġerusalemm bagħtu għandu xi qassisin u Leviti biex jistaqsuh: “Int min int?”. Hu stqarr bla ma ċaħad: “Jien m’iniex il-Messija”. Huma reġgħu staqsewh: “Mela min int? Int Elija?”. “M’iniex”, qalilhom. “Int il-Profeta?”. “Le”, weġibhom. Imbagħad qalulu: “Mela min int? … Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Anġelus: Intelqu f’idejn Marija għal dinja magħquda

Holy Mass for the Solemnity of Mary, the Most Holy Mother of God, was celebrated on the morning of New Year’s Day by Cardinal Secretary of State Pietro Parolin, standing in for Pope Francis, who is suffering a painful attack of sciatica.

In his homily, which was read by Cardinal Parolin, Pope Francis focused on three words from the day’s readings: to bless, to be born, and to find, which he said “find their fulfillment in the Mother of God.”

To bless

Beginning with the first Reading, where God commands Moses to bless the people, Pope Francis writes, “This is no pious exhortation: it is a specific request.” We need to be blessed, the Pope said; and at Christmas, we receive “not only the words of blessing, but the blessing itself: Jesus is Himself the blessing of the Father.”

Whereas Jesus is the blessing, Mary is blessed through grace, and “in this way, brings us God’s blessing… Kompli aqra »

“Id-Dar tal-Providenza hi sinjal li kapaċi nieħdu ħsieb lil xulxin” – L‑Arċisqof

Quddiesa fis-Solennità ta' Marija Omm Alla u l-Jum Dinji tal-Paċi

  Il-Kappella tad-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ibierkek il-Mulej u jħarsek” (Num 6:24). Kemm hija sabiħa din il-barka li Mos jagħti lil Aron u ’l uliedu biex jgħadduha lill-poplu. Il-Mulej kellem lil Mos u qallu: “Kellem lil Aron, is- saċerdot, u ’l uliedu u għidilhom: “meta tbierku ’l ulied Iżrael, hekk għandkom tgħidulhom: ‘Ibierkek il-Mulej u jħarsek’” (Num 6:23-24).

Kemm hi sabiħa meta nfittxu l-barka, illum minflok ‘barka’ nużaw kelma li forsi nifhmuha aħjar, il-ġid ta’ kulħadd, il-wellbeingKompli aqra »