Arkivji mensili: Jannar 2021

Sirja: Aktar minn 50% tat-tfal huma mċaħħda mill-edukazzjoni

Syria’s education system is “overstretched, underfunded, fragmented and unable to provide safe, equitable and sustained services to millions of children,” UNICEF said in a statement on Sunday.

In conflict-ridden Syria, more than half of children continue to be deprived of education due to the nearly decade-long crisis that has adversely impacted the education system. In March 2021, the crisis will reach a grim milestone of ten years… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 26 ta’ Jannar, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Jannar

San Titu u San Timotju, isqfijiet – Tifkira obbligatorja
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Tim 1, 1-8
Salm: 95, 1-3.7-8a10

L-Evanġelju: Lq 10, 1-9

F’dak iż-żmien: Il-Mulej qabbad tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien sejjer hu. U qalilhom: “Il-ħsad hu kbir, tassew, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela ’l sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu… Kompli aqra »

Inkunu bħal San Pawl u niltaqgħu ma’ Ġesù – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Konverżjoni ta' San Pawl u Jum l-Iskola

  Il-Kappella taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù

Illum it-Tnejn, 25 ta’ Jannar 2021, fl-okkażjoni tal-festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, l-Arċisqof Charles Jude Scicluna ċċelebra quddiesa mill-kappella taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, hekk kif illum ukoll, l-iskola tas-Seminarju qed tiċċelebra lil San Pawl, patrun tagħha, u Jum l-Iskola. Wara l-quddiesa u t-talba tar-Rużarju, l-Arċisqof bierek ix-xbieha tal-Madonna, Mara tal-Ħobż, impittra minn Nathaniel Theuma. Wara bierek ukoll il-librerija tal-iskola li ssemmiet għall-Prof. Oliver Friggieri li kien eks student tas-Seminarju… Kompli aqra »

L-applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta u Għawdex

Stqarrija mis-Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija

Ġew ippublikati r-Regolamenti għad-dħul għall-iskejjel tal-Knisja f’Għawdex u ser jiftħu l-applikazzjonijiet għall-‘Applikanti Oħra’ għall-iskejjel tal-Knisja f’Malta, għas-sena skolastika li tibda f’Settembru li ġej. 

In-numru ta’ postijiet fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta għall-‘Applikanti Oħra’ huwa ta’ 835. L-applikazzjonijiet għal dawn il-postijiet vakanti qed jintlaqgħu online mid-29 ta’ Jannar sat-12 ta’ Frar. L-applikazzjonijiet isiru fuq knisja.mt/applikazzjonijiet. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 7999 0224, 7951 5491 jew 7786 5241 jew jibgħat email fuq [email protected]Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju mis-Seminarju tal-Arċisqof – 25 ta’ Jannar, 9:30am

  Il-Kappella tal-Vocations Centre, is-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Jannar

Il-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 22, 3-16 jew Atti 9, 1-22
Salm: 116, 1.2

L-Evanġelju: Mk 16, 15-18

F’dak iż-żmien: Ġesù wera ruħu lill-Ħdax, u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva, iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat.

U dawn huma l-mirakli li jsieħbu ’l dawk li jemmnu: f’Ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu jdejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.” Kompli aqra »

Għandi aħbar tajba x’nagħtik – L-Isqof Galea Curmi

Quddiesa fit-Tielet Ħadd tas-Sena

  Il-Knisja ta' San Girgor, iż-Żejtun

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Meta xi ħadd jiġi u jgħidilna “għandi aħbar tajba x’nagħtik”, aħna mhux biss inkunu kurjużi biex nisimgħu din l-aħbar, imma ġa jnissel fina ċertu ferħ. Ġesù, l-ewwel ħaġa li nsibu llum fl-Evanġelju skont San Mark, tkellem fuq l-Aħbar it-Tajba. Xandar l-Evanġelju ta’ Alla – ‘L-Evanġelju’ tfisser l-Aħbar it-Tajba. U lin-nies qalilhom: “Is-Saltna ta’ Alla waslet. Indmu u emmnu fl-Evanġelju”. Emmnu fl-Aħbar it-Tajba… Kompli aqra »

“Meta tqis il-kriżi li qegħdin fiha, tara kemm hawn frugħa madwarna imma wkoll affarijiet għeżież” – L-Arċisqof

Quddiesa lejlet il-festa tal-Konverżjoni ta' San Pawl

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Lejn tmiem is-sena li għaddiet il-Papa Franġisku, bħalma jagħmel kull sena, għamel diskors lill-kollaboraturi tiegħu membri tal-Kurja Rumana. Ta’ kull sena nistennew il-kelma tal-Papa f’din l-okkażjoni għaliex f’din l-okkażjoni jirrifletti fuq l-attwalità dak li għaddejjin minnu.      

Aħna ma nistgħux ninsew li qegħdin niċċelebraw din il-festa għażiża tal-konverżjoni tal-appostlu Missierna San Pawl f’din il-pandemija. Kulħadd liebes il-maskra u kulħadd ukoll ħosbien fuq dak li se jiġrilna… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 24 ta’ Jannar, 9:30am

  Il-Knisja ta' Santa Katarina, iż-Żejtun

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »