Arkivji mensili: Jannar 2021

Quddiesa u Rużarju – 16 ta’ Jannar, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 4, 12-16
Salm: 18 (19), 8.9.10.15

L-Evanġelju: Mk 2, 13-17

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ ħareġ lejn xatt il-baħar, u n-nies kollha resqu lejh, u hu qagħad jgħallimhom. Hu u għaddej lemaħ lil Levi ta’ Alfew bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi u qallu: “Ejja warajja”. Dak qam u mar warajh. U ġara li kif kien fuq il-mejda fid-dar tiegħu, bosta pubblikani u midinbin qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù, u mad-dixxipli tiegħu; għax kien hemm ħafna li bdew imorru warajh… Kompli aqra »

Fidi li tiftaħ is-soqfa – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Żgur li kull min kien preżenti għal din il-ġrajja li jirrakkonta San Mark fl-Evanġelju tiegħu baqa’ mbellah b’dak li ra. Kien hemm dawk in-nies kollha, ġewwa u barra; imbagħad ħin minnhom fetħu s-saqaf u mit-toqba rawhom iniżżlu lill-mifluġ quddiem Ġesù. Naħseb qam għagħa sħiħ. Kienet ġurnata li żgur ma jinsewx! Speċjalment imbagħad meta dak ir-raġel li niżżluh hekk, ħareġ ’il barra mill-bieb jimxi… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku u l-Papa Emeritu jieħdu l-vaċċin tal-COVID-19

The vaccination campaign against Covid-19 in the Vatican which began on Wednesday continues with both Pope Francis and Pope Emeritus Benedict XVI receiving their first doses of the vaccine.

“I can confirm that as part of the vaccination program of the Vatican City State, as of today, the first dose of the Covid-19 vaccine has been administered to Pope Francis and to the Pope Emeritus,” said Matteo Bruni, director of the Holy See Press Office in response to journalists’ questions… Kompli aqra »

Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara 2021

Min‑nhar it‑Tnejn, 18 ta’ Jannar 2021, l‑Insara kollha madwar id‑dinja se jiċċelebraw il‑Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara, li tintemm it‑Tnejn, 25 ta’ Jannar. Matul din il‑ġimgħa l‑Knejjes Insara differenti jingħaqdu għal talb ekumeniku, bit‑tema għal din is‑sena tkun: “Ibqgħu fl‑imħabba tiegħi u tagħmlu ħafna frott” (ara Ġw 15:5‑9). Dan huwa kliem mill‑Evanġelju skont San Ġwann meta Ġesù tkellem dwaru nnifsu bħala d‑dielja l‑vera, u aħna l‑friegħi… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 15 ta’ Jannar, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 4, 1-5.11
Salm: 77 (78), 3 u 4bċ.6ċ-7.8

L-Evanġelju: Mk 2, 1-12

Wara xi ġranet Ġesù daħal Kafarnahum. In-nies semgħet li kien id-dar u nġabru bosta, hekk li ma kienx hemm fejn joqogħdu iżjed, anqas quddiem il-bieb. U qagħad ixandrilhom il-Kelma. U marru ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, merfugħ minn erbgħa min-nies. Billi ma setgħux jersqu sa ħdejh minħabba l-kotra, qalgħu s-saqaf ta’ fuqu, fetħu toqba, u niżżlu minnha l-friex li fuqu kien mimdud il-mifluġ… Kompli aqra »

“Kull ġid li tagħmel trid tħallas għalih” – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dawn huma ħames versi kommoventi, huma l-aħħar ħames versi tal-ewwel kapitlu ta’ San Mark. Dan l-Evanġelju, li fih 16-il kapitlu, huwa Evanġelju rikk għalkemm huwa l-iqsar Evanġelju, imma wkoll Evanġelju dirett ħafna. Għaliex San Mark għażel li jpoġġi dan ir-rakkont propju fl-ewwel kapitlu, propju fit-tmiem tal-ewwel kaptlu? Xi jrid jgħidilna b’din l-għażla li jpoġġi l-fejqan tal-lebbruż propju fil-bidu tal-Evanġelju tiegħu? … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 14 ta’ Jannar, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 3, 7-14
Salm: 94 (95), 6-7.8-9.10-11

L-Evanġelju: Mk 1, 40-45

F’dak iż-żmien, resaq fuq Ġesù wieħed lebbruż jitolbu bil-ħerqa, inxteħet għarkupptejh quddiemu u qallu: “Jekk trid, tista’ tfejjaqni!”. Imqanqal mill-ħniena, Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid, kun imnaddaf!”. U minnufih il-lebbra marritlu u ġismu ndaf. U widdbu bis-sħiħ, bagħtu malajr u qallu: “Qis li ma tgħid xejn lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis, u agħmel offerta għall-fejqan tiegħek kif ordna Mosè, biex tkunilhom ta’ xhieda”… Kompli aqra »