Arkivji mensili: Ġunju 2021

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 18, 16-33
Salm: 102 (103), 1-2.3-4.8-9.10-11

L-Evanġelju: Mt 8, 18-22

F’dak iż-żmien, meta ra ruħu mdawwar b’ħafna nies, Ġesù ordna li jaqsmu għax-xatt l-ieħor. Imbagħad resaq fuqu wieħed mill-kittieba u qallu: “Mgħallem, tmur fejn tmur, jiena niġi warajk”. Imma Ġesù wieġbu: “Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom, u l-għasafar tas-sema l-bejtiet; iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu”… Kompli aqra »

Kull ħajja hi ta’ min jgħożżha – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-13-il Ħadd matul is-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ġesù darba qal dan il-kliem: “Ejjew għandi intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin u jien inserraħkom” (Mt 11:28-30). Jidher li l-Evanġelju tal-lum fih żewġ esperjenzi ta’ kemm hu veru dan il-kliem: li f’Ġesù nsibu tassew is-serħan ta’ qalbna. Hawnhekk għandna miraklu ġo miraklu. Fil-qalba ta’ dan ir-rakkont, hemm din il-mara li kienet ilha tnax-il sena tbati bit-tnixxiegħa tad-demm, u li Ġesù jfejjaqha… Kompli aqra »

Bis-setgħa tal-qawmien tiegħu mill-imwiet jiżra’ fina ż-żerriegħa tal-ħajja ta’ dejjem – L-Arċisqof

Quddiesa fit-13-il Ħadd matul is-Sena

  Il-Knisja ta' Santa Ubaldeska, Raħal Ġdid

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju ta’ San Mark hu l-iqsar Evanġelju. Fil-fatt għandu biss 16-il kapitlu imma fl-istess ħin dan ir-rakkont hu wieħed mill-itwal rakkonti.

Dan il-vjaġġ ta’ Ġesù li jisma’ l-karba ta’ missier li kien jismu Ġajru, kien wieħed mill-kapijiet tas-Sinagoga, bniedem ta’ prestiġju, bniedem influwenti, imma quddiem il-mard tat-tifla tiegħu ta’ 12-il sena, Ġajru jħoss li m’għandux poter, li dak kollu li setgħet tagħtih is-soċjetà ma kien jiswa xejn… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 27 ta’ Ġunju, 9:30am

  Il-Knisja ta' Santa Ubaldeska, Raħal Ġdid

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 27 ta’ Ġunju

It-Tlettax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 1, 13-15; 2, 23-24
Salm: 29(30), 2,4,5-6,11,12a,13b
It-Tieni Qari: 2 Kor 8:7,9,13-15

L-Evanġelju: Mk 5, 21-43

F’dak iż-żmien, wara li Ġesù raġa’ qasam bid-dgħajsa għax-xatt l-ieħor, waqt li kien ħdejn il-baħar inġabret madwaru kotra kbira ta’ nies. U ġie wieħed mill-kapijiet tas-sinagoga, jismu Ġajru. Dan, malli rah, inxteħet f’riġlejh, u talbu ħafna u qallu: “Binti ż-żgħira waslet fl-aħħar; ejja qiegħed idejk fuqha, ħalli tfiq u tgħix”… Kompli aqra »

Caritas tkompli tikkumbatti l-miżinformazzjoni u tinkoraġġixxi l-ħajja bla użu ta’ sustanzi

  Jum Dinji kontra l-abbuż tad-Droga

F’Diċembru tal-1987, fl-Assemblea tan-Nazzjonijiet Magħquda ġie deċiż li s-26 ta’ Ġunju jkun Jum iddedikat kontra l-abbuż tad-droga u traffikar illeċitu. Ta’ kull sena, madwar id-dinja dan il-jum jiġi osservat u dejjem ikollu tema marbuta miegħu. It-tema ta’ din is-sena hi: ‘Aqsam il-fatti dwar id-droga biex issalva l-ħajjiet’.

Għal dawn l-aħħar 24 sena kemm ilu jiġi ċċelebrat dan il-jum, Caritas Malta ħarġet bil-messaġġi tagħha f’dan il-jum tant importanti… Kompli aqra »

Xogħlijiet imħejjija għall-Mużew tal-Konkatidral ta’ San Ġwann

Dawk li jgħaddu minn Triq il-Merkanti jinnutaw li ntrama tower crane fuq is-sit fejn se tinbena s-Sala tal-Arazzi, flimkien ma’ taraġ spirall u piston lift li se jkunu uniċi f’Malta. Għalkemm ix-xogħol mhux daqstant viżibbli għall-pubbliku, diġà sar ammont konsiderevoli ta’ xogħol u preparamenti kbar. Il-konsulenti tal-Fondazzjoni, AP Valletta u EM Architects qed jaħdmu flimkien biex ilestu dan il-proġett.

Primarjament diġà saru testijiet ġeoloġiċi sabiex jassiguraw li l-pedamenti li fuqhom se tinbena s-Sala tal-Arazzi jkunu adegwati… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 26 ta’ Ġunju, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 18, 1-15
Salm: Lq 1, 46-47.48-49. 50 u 53.54-55

L-Evanġelju: Mt 8, 5-17

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal Kafarnahum, u resaq fuqu wieħed ċenturjun jitolbu bil-ħerqa u jgħidlu: “Sinjur, id-dar għandi l-qaddej mixħut, mifluġ u batut wisq”. Qallu Ġesù: “Niġi jien infejqu”. Qalluċ-ċenturjun: “Sinjur, ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi. Iżda int għid kelma biss, u l-qaddej tiegħi jfiq… Kompli aqra »

Tgħid lil ħadd – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Qis li ma tgħid lil ħadd”. Tidher stramba din li qal Ġesù lil-lebbruż. Kien għadu nieżel minn fuq il-mutanja b’folol kbar ta’ nies, wara d-diskors tal-muntanja, u meta fejjaq lil-lebbruż, l-ewwel ħaġa li qallu kienet: “qis li ma tgħid lil ħadd”. Din mhix l-unika darba li Ġesù jgħid hekk fl-Evanġelju, lil min ifejjaq jgħidlu biex ma jgħid lil ħadd.

Għaliex? … Kompli aqra »