Arkivji mensili: Ottubru 2021

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 9, 1-5
Salm: 147, 12-13.14-15.19-20

L-Evanġelju: Lq 14, 1-6

Darba, kien is-Sibt, u Ġesù daħal għand wieħed mill-kapijiet tal-Fariżej biex jiekol għandu, u huma qagħdu għajnejhom fih. U resaq quddiemu wieħed marid bl-ilma. Ġesù dar fuq l-għorrief tal-Liġi u l-Fariżej u qalilhom: “Jiswa jew le li wieħed ifejjaq f’jum is-Sibt?”. Huma ma tkellmu xejn iżda hu qabad lir-raġel, fejqu u bagħtu… Kompli aqra »

Żewġ kandidati ġodda għas-saċerdozju

Żewġ seminaristi fil‑ħames sena ta’ preparazzjoni fis‑Seminarju tal‑Arċisqof se jitolbu lill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna biex jaċċettahom bħala kandidati għall‑Ordinazzjoni Djakonali u Saċerdotali. Din iċ‑ċelebrazzjoni ser issir nhar it‑Tnejn, l‑1 ta’ Novembru 2021, waqt il‑quddiesa f’Jum il‑Qaddisin Kollha fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fis‑6:30 p.m.

Malcolm Saliba mill‑Parroċċa ta’ Santa Marija, Ħ’Attard, u Karl Andrew Schembri mill‑Parroċċa tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, il‑Mellieħa, ser jistqarru pubblikament ir‑rieda tagħhom li joffru lilhom infushom lill‑Knisja biex iservu bħala saċerdoti… Kompli aqra »

L-appostli huma dixxipli u frott tat-talb ta’ Ġesù – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Appostli San Xmun u San Ġuda

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju magħżul għal-lum, kif antiċipajt fl-introduzzjoni, jagħti l-lista ta’ dawn it-tnax-il dixxiplu, li Ġesù jagħżel wara li għamel lejl ta’ talb. Dan id-dettall jagħtihulna biss l-Evanġelju ta’ San Luqa. Ġesù “għadda l-lejl fit-talb lil Alla. Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax li semmiehom appostli” (Lq 6:12-13). L-appostli qabel xejn huma dixxipli. It-tieni huma frott tat-talb ta’ Ġesù… Kompli aqra »

Ġesù hu għażla ta’ mħabba – L-Arċisqof

Quddiesa mal-ħaddiema u l-voluntiera ta' Radju Marija

  Il-Kappella tas-Seminarju, Tal-Virtù, ir-Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Avvent jibda dejjem ta’ kull sena billi jfakkarna fl-aħħar kliem li qal Ġesù. L-aħħar kliem li qal Ġesù, qabel il-Ġimgħa Mqaddsa, u Ħadd il-Palm, kien kliem dwar it-tmiem; it-tmiem tal-ħajja tal-bniedem; it-tmiem ta’ Ġerusalemm, it-tmiem dinji. Din is-sena se nibdew naqraw l-Evanġelju ta’ San Luqa; hi sena ddedikata lilu. Din is-sena smajna silta mill-kapitlu 21, li hu fit-tmiem tal-Evanġelju tiegħu, li fih 24 kapitli… Kompli aqra »

Mhux biss formazzjoni għaż-żgħażagħ imma esperjenza ta’ knisja – L-Arċisqof

L-Arċisqof ibierek iċ-Ċentru Parrokkjali Santu Rokku fil-Belt Valletta

  Iċ-Ċentru Parrokkjali Santu Rokku, il-Belt Valletta

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għażiż Arċipriet u membri tal-Kapitlu, kappillani, għeżież lajċi, nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza tagħkom illejla. Nixtieq niġbed spunt minn dak li għidt inti. Hawnhekk se jkun post fejn hemm il-possibbiltà li nwettqu ħolma kbira tal-Papa Franġisku: li hawnhekk isir post, fejn ikun hemm djalogu bejn il-ġenerazzjonijiet; dak li l-Papa jħobb isejjaħlu: djalogu interġenerazzjonali. Għax hawnhekk se jkun ukoll post aċċessibbli għal dawk li ilhom ħafna żgħażagħ – l-anzjani… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 28 ta’ Ottubru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Ottubru

San Xmun u San Ġuda, Appostli – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 2: 19-22
Salm: 18: 2-5

L-Evanġelju: Lq 6: 12-19

Darba fost l-oħrajn, Ġesù ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla. Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli: Xmun, li semmieh Pietru, u ħuh Indrì, Ġakbu, Ġwanni, Filippu, Bartilmew, Mattew, Tumas, Ġakbu ta’ Alfew, Xmun imlaqqam l-Imħeġġeġ, Ġuda ta’ Ġakbu, u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh… Kompli aqra »

Caritas Internationalis: dejjem fuq in-naħa tal-fqir u l-aktar vulnerabbli

Caritas at work in Lebanon 

Addressing the humanitarian needs that emerged at the end of World War II and assisting the victims of the conflict. When Pius XII established it on December 12, 1951, these were the main objectives of Caritas Internationalis, a confederation of national Caritas organisations – which has grown from the initial 13 to the 162 of today – that, in the course of these 70 years, has increasingly broadened its range of action and multiplied its sectors of intervention… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: l-imħabba biss tiġbed u tbiddel il-qalb tal-bniedem

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-predikazzjoni ta’ San Pawl hi kollha ċċentrata fuq Ġesù u fuq il-misteru tal-Għid tiegħu. Fil-fatt l-Appostlu jippreżenta ruħu bħala xandar ta’ Kristu, u ta’ Kristu msallab (ara 1 Kor 2:2). Lill-Galatin, ittentati li jibnu r-reliġjożità tagħhom fuq l-osservanza ta’ preċetti u tradizzjonijiet, hu jfakkarhom x’inhu ċ-ċentru tas-salvazzjoni u tal-fidi: il-mewt u l-qawmien tal-Mulej. Dan jagħmlu billi jqegħdilhom quddiemhom ir-realiżmu tas-salib ta’ Ġesù… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 27 ta’ Ottubru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »