Deċiżjoni mhux disperazzjoni – L-Isqof Galea-Curmi
12/11/2021 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Għandu mnejn dan il-kliem ta’ Ġesù lilna jbeżżagħna, u joħloq fina ansjetà. Speċjalment meta jsemmi x’ġara fi żmien Noè – dak id-dulluvju – u x’ġara lil Sodoma, meta Alla qeridha. U iktar u iktar meta Ġesù juri kif dak li ġara ħa lin-nies għall-għarrieda, ma kinux jafu bih qabel.
Fil-fatt, Ġesù jgħid li dawn kienu “jieklu u jixorbu, iżewġu u jiżżewġu” fi żmien Noè; u meta jitkellem fuq Sodoma, jgħid li n-nies “kienu jieklu u jixorbu, jixtru, ibigħu, iħawlu, jibnu”… Kompli aqra »