Arkivji mensili: Novembru 2021

Tqassam id-djarju tad-Dar tal-Providenza għas-sena 2022

Il-Maltapost qassmet id-djarju tad-Dar tal-Providenza għas-sena 2022 f’kull dar ta’ Malta u Għawdex. Permezz ta’ dan id-djarju, li bit-tagħrif li fih jibqa’ jintuża s-sena kollha, is-sostenituri jkollhom l-opportunità li juru s-solidarjetà tagħhom mad-Dar li toffri residenza lil 115-il resident b’diżabbiltà bl-aħjar ambjent li jgħin fl-iżvilupp tagħhom.

Bħal fis-snin imgħoddija, id-djarju fih il-ħinijiet tal-quddies kollu tal-Ħdud u ta’ matul il-ġimgħa fil-knejjes u kappelli kollha ta’ Malta u Għawdex u kalendarju dettaljat… Kompli aqra »

L-Arċisqof lill-istudenti tal-MCAST: Nawguralkom qalb għarfa li tagħraf il-bżonn uman

Quddiesa għall-gradwati tal-MCAST

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Xtaqt l-ewwel nett nifirħilkom li wasaltu għal dan il-jum li fih mhux biss ittemmu l-istudju tagħkom imma tirċievu wkoll rikonoxximent mistħoqq tax-xogħol kollu li għamiltu f’sitwazzjoni li nistgħu ngħidulha mhux faċli, is-sitwazzjoni tal-pandemja li kienet teħtieġ ukoll ħafna tagħlim bid-distanza, b’mod virtwali u sforz mhux żgħir minn kull wieħed u waħda minnkom u mhux l-inqas mill-istaff, mill-professuri u mill-għalliema tagħkom… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 26 ta’ Novembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 7, 2-14
Salm: Dan 3, 75.76.77.78.79.80.81

L-Evanġelju: Lq 21, 29-33

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Ħarsu lejn is-siġra tat-tin u s-siġar l-oħra. Malli tarawhom jarmu, intom stess tintebħu li s-sajf diġà fil-qrib. Hekk ukoll meta taraw dan jiġri, kunu afu li s-Saltna ta’ Alla hi fil-qrib. Tassew ngħidilkom, li ma jgħaddix dan in-nisel sa ma jiġri dan kollu… Kompli aqra »

Sta Katerina ħalliet ħajjitha biex ma tiċħadx lil Ġesù – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Anke f’dan l-Evanġelu mill-kap 21 ta’ San Luqa, Ġesù jżewweġ dawn iż-żewġ esperjenzi: waħda li ġrat. Wara żmienu; xi 40 sena wara l-mewt tiegħu, fis-sena 70, il-qerda ta’ Ġerusalemm mill-eżerċitu Ruman; u l-oħra li għadna ma esperjenzajniex, għadu ma għaddinhiex minnha, li hu tmiem tad-dinja li nafu aħna. Għal bniedem Lhudi, kif għedna, il-qerda ta’ Ġerusalemm, hi proprju qrib ħafna, il-qerda ta’ kollox… Kompli aqra »

Konferenzi ta’ teoloġija għall-Ġublew Dumnikan

  Il-Kunvent tad-Dumnikani, ir-Rabat

Bħala parti mill-Ġublew li d-Dumnikani qed jiċċelebraw fit-800 sena mit-twelid ta’ San Duminku għall-ħajja eterna (1221-2021), ser jiġu offruti żewġ taħditiet fil-Kunvent tad-Dumnikani, ir-Rabat. Dawn se jsiru nhar is-Sibt 27 ta’ Novembru, mid-9:30am sal-11:30am.

Patri Joseph Agius OP

L-ewwel konferenza se jkollha taħdita bil-Malti minn Patri Joseph Agius OP, Professur Emeritu tat-Teoloġija u l-Eseġeżi Biblika u Rettur Emeritu fil-Pontifiċja Università ta’ San Tumas, Ruma… Kompli aqra »

Ġnien ġdid fuq il-bejt tas-Seminarju tal-Arċisqof

  Iċ-Ċentru tal‑Vokazzjonijiet tas‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal‑Virtù, ir‑Rabat

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta kkollaborat ma’ Infrastructure Malta biex għamlet ġnien fuq il‑bejt taċ‑Ċentru tal‑Vokazzjonijiet tas‑Seminarju tal‑Arċisqof, f’Tal‑Virtù, ir‑Rabat. Il‑proġett, b’investiment ta’ €300,000 jinkludi ġnien ta’ 350 metru kwadru fuq il‑bejt b’730 siġra, arbuxelli u pjanti oħrajn, kif ukoll 50 siġra oħra ġdida taż‑żebbuġ li tħawlu fil‑ġonna tas‑Seminarju.

It‑tmexxija tas‑Seminarju ser issemmi dan il‑ġnien ‘Fr Nicholas Cachia Meditation Garden’ b’tifkira ta’ dan is‑saċerdot li ddedika ħajtu għall‑formazzjoni tas‑saċerdoti f’Malta u fl‑Istati Uniti u serva bħala direttur spiritwali tas‑Seminarju tal‑Arċisqof għal 17‑il sena… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 25 ta’ Novembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 6, 12-28
Salm: Dan 3, 68.69.70.71.72.73.74

L-Evanġelju: Lq 21, 20-28

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta mbagħad taraw lil Ġerusalemm magħluqa minn kullimkien bl-eżerċti, tkunu tafu li l-qerda tagħha tkun waslet. Ħa jaħarbu mbagħad lejn il-muntanji dawk li jkunu fil-Lhudija u jitbiegħdu minnha dawk li jkunu ġo nofsha, u ma jerġgħux lura fiha dawk li jkunu fir-raba’; għax dawk ikunu jiem il-kastig li fihom iseħħ kulma hemm miktub… Kompli aqra »

Stqarrija dwar l-attivitajiet reliġjużi approvati mill-Kurja

Il‑Kurja tal‑Arċisqof tixtieq tiċċara li l‑protokolli għall‑attivitajiet reliġjużi jikkonċernaw dak li jsir fil‑knejjes u f’postijiet li jintużaw għall‑qima reliġjuża. Rigward ċelebrazzjonijiet esterni bħalma huma l‑purċissjonijiet tal‑festi, il‑Kurja tippermetti li dawn isiru meta, kif u jekk jiġu approvati mill‑Awtoritajiet tas‑Saħħa. Din il‑pożizzjoni kienet tħabbret diġà mill‑Kurja f’Mejju li għadda.

Kif sar s’issa, il‑Knisja se tibqa’ fi djalogu mal‑Awtoritajiet tas‑Saħħa u stakeholders oħra bħalma hi l‑Għaqda Nazzjonali Każini tal‑Banda… Kompli aqra »