Stqarrija dwar l-attivitajiet reliġjużi approvati mill-Kurja
24/11/2021Il‑Kurja tal‑Arċisqof tixtieq tiċċara li l‑protokolli għall‑attivitajiet reliġjużi jikkonċernaw dak li jsir fil‑knejjes u f’postijiet li jintużaw għall‑qima reliġjuża. Rigward ċelebrazzjonijiet esterni bħalma huma l‑purċissjonijiet tal‑festi, il‑Kurja tippermetti li dawn isiru meta, kif u jekk jiġu approvati mill‑Awtoritajiet tas‑Saħħa. Din il‑pożizzjoni kienet tħabbret diġà mill‑Kurja f’Mejju li għadda.
Kif sar s’issa, il‑Knisja se tibqa’ fi djalogu mal‑Awtoritajiet tas‑Saħħa u stakeholders oħra bħalma hi l‑Għaqda Nazzjonali Każini tal‑Banda… Kompli aqra »