Yearly Archives: 2021

Santa Faustina Kowalska tfakkarna li Alla jħenn dejjem – L-Arċisqof

Quddiesa b'tifkira ta’ Santa Faustina Kowalska

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta mill-Evanġelju ta’ San Luqa, tintuża minn dejjem biex wieħed jagħmel distinzjoni bejn il-ħajja attiva u l-ħajja kontemplattiva. Xi rrid infisser? Il-ħajja ta’ min hu medhi fid-dinja tax-xogħol, fil-ħajja tal-familja, fin-negozju, fil-professjoni u jrid isib mod ta’ qdusija f’dan kollu. U l-ħajja ta’ dawk li għaliex għandhom vokazzjoni speċjali; il-ħin kollu f’riġlejn Ġesù, jisimgħu l-Kelma tiegħu, jitolbu għalina. Il-Knisja għandha bżonn dawn iż-żewġ pulmuni importanti… Kompli aqra »

Is-samaritana t-tajba ta’ żmienna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ftit ta’ ġranet ilu, Malta kollha kienet ixxukkjata b’dak li ġara fi Triq is-Selmun, il-Mellieħa, meta kien hemm raġel mill-Ghana li spiċċa fuq bankina, ferut. Jidher li ġara kien li kien qed jaħdem, waqa’ żewġ sulari, u flok ħaduh l-isptar, ħaduh jew qiegħduh hemmhekk fuq bankina, u abbandunawh hemm. Bir-raġun kien hemm dan l-għagħa fost in-nies, għax bniedem ma tabbandunahx f’nofs ta’ triq, speċjalment meta mweġġa’ u għandu bżonn l-għajnuna… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 5 ta’ Ottubru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġona 3, 1-10
Salm: 129 (130), 1-2.3-4ab.7-8

L-Evanġelju: Lq 10, 38-42

F’dak iż-żmien, huma u mexjin, Ġesù daħal f’raħal, u laqgħetu għandha waħda mara jisimha Marta. Din kellha oħtha, jisimha Marija, li niżlet bilqiegħda f’riġlejn il-Mulej tisimgħu x’kien qiegħed jgħid. Iżda Marta kienet moħħha fuq il-ħafna xogħol tad-dar. Imbagħad resqet u qaltlu: “Mulej, m’intix tara kif oħti ħalliet ix-xogħol kollu fuqi biss? … Kompli aqra »

Il-fatti dwar l-art f’Ħal Għargħur

Miktub minn Michael Pace Ross, is-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta

Tassew hija ħasra li l-fatti dwar il-bejgħ ta’ art f’Ħal Għargħur mill-Knisja ġew mgħawġa u sfruttati tant li xi wħud waslu biex akkużaw lill-Arċisqof Charles Scicluna b’inġenwità u, agħar minn hekk, ipokrezija. 

Dan minħabba li l-Arċisqof kellu l-kuraġġ isemmi l-kultura tar-regħba filwaqt li appella mill-qalb sabiex kulħadd iqis aktar bir-reqqa t-tip ta’ żviluppi li qed isiru fl-ibliet u l-irħula tagħna.

Fl-omelija tiegħu f’Jum l-Indipendenza, l-Arċisqof fl-ebda ħin ma qal li l-iżvilupp f’Malta m’għandux iseħħ, kif uħud ippruvaw jgħidu għall-iskopijiet tagħhom… Kompli aqra »

Caritas Malta bi proposti ta’ qabel il-Baġit 2022

Waqt laqgħa ta’ konsultazzjoni li saret nhar il-Ħamis 30 ta’ Settembru dwar il-Baġit 2022, bi stedina tal-Prim Ministru Dr Robert Abela, u li fiha attendew rappreżentati ta’ għaqdiet oħra kif ukoll il-Ministri Dr Michael Falzon, Roderick Galdes u Julia Farrugia Portelli – Caritas Malta pproponiet lista ta’ miżuri favur il-ġustizzja soċjali, l-iżvilupp sħiħ tal-bniedem u tnaqqis tal-faqar u l-esklużjoni soċjali.

Sfond għar-Rakkomandazzjonijiet

Iktar kmieni din is-sena Caritas Malta ppubblikat it-tielet edizzjoni ta’ A minimum Essential Budget for a Decent Living 2020 (MEBDL 2020) li flimkien mal-ispiża ta’ basket bażiku għal tliet tipi ta’ familja, jelenka diversi miżuri.Matul is-sena dan l-istudju ġie ppreżentat lil diversi ministeri varji fosthom: il-Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli; il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u l-Ministeru għall-Ġustizzja Soċjali u Solidarjetà, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal, kif ukoll diveri istituzzjonijiet u msieħba soċjali… Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Angelus: il-Mulej iżommna bħalma missier iżomm lil ibnu

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Fl-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum naraw reazzjoni mhux tas-soltu minn Ġesù: jitlef sabru.  U l-aktar ħaġa sorprendenti hi li ma kinux il-fariżej, li biex jippruvaw jonsbuh jagħmlulu mistoqsijiet dwar jekk id-divorzju hux leċitu, li tilfulu sabru, imma d-dixxipli tiegħu infushom, li biex iħarsuh mir-rassa tal-folla jċanfru xi tfal li tressqu lejn Ġesù.  Fi kliem ieħor, il-Mulej ma jisbilx għal min irid jiddiskuti miegħu, imma għal min, biex iserrħu mill-għejja, ibiegħed minnu lit-tfal.  … Kompli aqra »

Vokazzjoni importanti – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-27 Ħadd ta’ Matul is-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Meta ngħidu “nitolbu għal vokazzjonijiet”, moħħna jmur mill-ewwel fis-sejħa li jagħmel Alla għall-ħajja saċerdotali jew reliġjuża. Bir-raġun, imma hemm diversi sejħiet oħra, u waħda mill-vokazzjonijiet importanti hi dik għall-ħajja miżżewġa.

Ħajja li ġejja minn Alla

Il-kelma ta’ Alla, mill-ktieb tal-Ġenesi – ktieb li nkiteb tant snin ilu imma jibqa’ attwali, anzi forsi qatt ma kien daqshekk attwali f’ċerti punti li jagħmel – tgħidilna li ż-żwieġ hu vokazzjoni… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 4 ta’ Ottubru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġona 1,1 – 2, 1.11
Salm: Ġona 2, 2.3.4.5.8

L-Evanġelju: Lq 10, 25-37

F’dak iż-żmien, iqum wieħed għaref fil-Liġi u, biex iġarrab lil Ġesù staqsieh: “Mgħallem, x’nagħmel biex niret il-ħajja ta’ dejjem?”. Qallu Ġesù: “Fil-Liġi x’hemm miktub? Inti x’taqra fiha?”. U dak wieġeb: “Int għandek tħobb il-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, u b’ruħek kollha, bil-qawwa tiegħek kollha, u b’moħħok kollu, u lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek”… Kompli aqra »