Yearly Archives: 2021

Il-Papa fl-Angelus: Il-fidi f’Alla tfisser ir-rieda li sservi

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum (Mk 9, 30-37) jirrakkonta li fi triqthom lejn Ġerusalemm, id-dixxipli ta’ Ġesù kienu qed jiddiskutu dwar min kien l-akbar fosthom (v. 34).  Għalhekk Ġesù qalilhom ħaġa iebsa, li tgħodd ukoll għalina llum: “Jekk xi ħadd irid ikun l-ewwel wieħed, għandu joqgħod wara kulħadd u jkun qaddej ta’ kulħadd” (v. 35).  Jekk trid tkun tal-ewwel, trid tmur fi-tarf tal-kju, tkun l-aħħar wieħed u taqdi lil kulħadd.  Permezz ta’ dis-sentenza bla frilli, il-Mulej qed jinawgura rivoluzzjoni: jaqleb ta’ taħt fuq il-kriterju dwar dak li jgħodd verament.  Il-valur tal-persuna ma jiddependix l-aktar mill-irwol li għandha, mis-suċċess miksub, mix-xogħol li tagħmel, minn kemm għandha flus il-bank; le, le, mhux minn dak jiddependi; il-kobor u s-suċċess, f’għajnejn Alla jitkejlu b’mod differenti: jitkejlu skont is-servizz.  Mhux fuq dak li wieħed għandu imma fuq dak li wieħed jagħti.  Trid tkun tal-ewwel?  Aqdi.  Illum, il-kelma “qadi” donnha tidher xi ftit imċajpra, qiesu ż-żmien herrieha.  Iżda fl-Evanġelju għandha tifsira preċiża u konkreta.  Li sservi mhix turija ta’ kortesija: hi li tagħmel bħalma għamel Ġesù, illi, biex niġbru ħajtu fi ftit kliem, qal li ġie “mhux biex ikun moqdi imma biex jaqdi” (Mk 10,45).  Hekk qal il-Mulej.  Għalhekk, jekk irridu nimxu wara Ġesù, għandna nterrqu t-triq li fasslilna Hu stess, it-triq tal-qadi.  Il-fedeltà tagħna lejn il-Mulej tiddependi minn kemm aħna lesti li naqdu.  U dan nafuh, dan għandu prezz, għax għandu “t-togħma tas-salib”.  Imma waqt li l-kura u disponibbiltà lejn l-oħrajn jisseddqu, aħna nsiru aktar ħielsa minn ġewwa, aktar nixbħu lil Ġesù.  Aktar ma nservu aktar inġarrbu l-preżenza t’Alla.  Speċjalment meta naqdu lil min m’għandux x’itina lura, il-foqra, aħna u nagħmlu tagħna d-diffikultajiet, il-ħtiġijiet tagħhom bi ħniena tenera: hemmhekk inkunu qed niskopru li jkun imiss lilna li nkunu maħbubin u mħaddnin minn Alla… Kompli aqra »

Qaddejja bl-ispirtu ta’ Ġesù – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa f’għeluq is-sena pastorali taċ-ċentru

  Iċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, Tal-Virtù

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Kemm tiddejjaq meta ma jifhmukx, speċjalment jekk ikunu ħbieb ta’ ġewwa. Tħoss għafsa ta’ qalb! Hekk ġralu Ġesù fil-ġrajja li smajna fl-Evanġelju.

Imma iktar u iktar kienet iebsa għal Ġesù meta hu ntebaħ li mhux biss ma fehmuhx – meta kien qed jitkellem fuq li se jbati, joqtluh u mbagħad iqum mill-mewt – imma li bejniethom, waqt li hu kien qed jitkellem fuq dan, huma kienu qed jitkellmu fuq xi ħaġa eżatt il-kontra… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 20 ta’ Settembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Esd 1, 1-6
Salm: 125 (126), 1-2ab.2ċd-3.4-5.6

L-Evanġelju: Lq 8, 16-18

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Ħadd ma jixgħel musbieħ u jgħattih b’għatu jew iqiegħdu taħt sodda, imma jqiegħdu fuq l-imnara, biex kull min jidħol ġewwa jara d-dawl. Għax ma hemm xejn moħbi li ma għadx jidher, u xejn ma hemm mistur li ma għadx jingħaraf u jinġieb għad-dawl… Kompli aqra »

Solidarjetà mal-vulnerabbli, id-dgħajfa u d-dipendenti – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa organizzata mill-Fondazzjoni LifeNetwork b'tifkira tal-vittmi tal-abort fid-dinja

  Il-Kappella tal-Lunzjata, ir-Rabat

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Meta tibda ħajja umana ġdida, aħna ma narawhiex. Huma ftit ċelloli fil-ġuf. Dawn iċ-ċelloli ma fihomx biss potenzjal ta’ ħajja, imma huma l-ħajja umana li bdiet. Maż-żmien dawn iċ-ċelloli jsiru ħafna aktar, u jkomplu jikbru. Tkun qiegħda tiżviluppa l-ħajja umana fil-moħbi.

Illum bis-saħħa tal-progress fix-xjenza u fit-teknoloġija, nistgħu nintebħu kemm hi sabiħa l-ħajja umana li tiżviluppa. X’miraklu u x’meravilja! … Kompli aqra »

Il-midwives huma ministri tal-ħajja – L-Arċisqof

L-inawgurazzjoni tal-uffiċini ġodda tal-MUMN

  Ħal Qormi

Il-Ħadd 19 ta’ Settembru 2021, l-Arċisqof Charles Scicluna bierek l-uffiċini l-ġodda tal-MUMN waqt l-inawgurazzjoni tagħhom f’Ħal Qormi fil-preżenza tal-President ta’ Malta George Vella, il-President tal-MUMN Paul Pace u uffi`ċjali tal-MUMN. L-inawgurazzjoni saret f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-union.

Mons. Arċisqof talab biex fil-mumenti diffiċli u delikati tal-ħajja l-qwiebel ikomplu jkunu ministri tal-ħajja. Żied jgħid: “Nitolbok Mulej tbierek dawn l-uffiċini imma speċjalment lil min se jużahom, min se jitħarreġ hawn, id-deċiżjonijiet kollha li jittieħdu biex fuq kollox l-ispirtu li jmexxi lil dak kollu li jsir hawn ikun favur il-marid, is-servizzi tas-saħħa, il-familji u s-saħħa mentali tan-nurses u l-midwives u fuq kollox li naħdmu għal soċjetà mimlija solidarjetà u għożża.”

More Photos Kompli aqra »

Min irid ikun mexxej irid ikun qaddej – L-Arċisqof

Quddiesa fil-25 Ħadd ta’ Matul is-Sena

  Il-Knisja ż-Żgħira ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għat-tieni darba Ġesù jkellem lid-dixxipli tiegħu dwar il-persekuzzjoni li kellu jgħaddi minnha u juża kliem li jħawwadhom lid-dixxipli: “Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-bnedmin u joqtluh; u meta jkun maqtul, wara tlitt ijiem iqum mill-mewt” (Mk 9:31). Din il-ħaġa tħassibhom, ma fehmux dan il-kliem. Għaliex Profeta li kien qed jgħaddi mil-Lhudija għall-Galililija jgħallem, ifejjaq, ikeċċi x-xjaten, jitkellem dwar il-maħfra, dwar it-tjubija, il-ħlewwa u l-ħniena – kellu jingħata f’idejn il-bnedmin u joqtluh? … Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 19 ta’ Settembru, 9:30am

  Il-Knisja ż-Żgħira ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 19 ta’ Settembru

Il-Ħamsa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 2, 12.17-20
Salm: 53 (54), 3-4.5.6.8
It-Tieni Qari: Ġak 3, 16 – 4, 3

L-Evanġelju: Mk 9, 30-37

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli tiegħu għaddew minn nofs il-Galilija, u ma ried li ħadd ikun jaf, għax beda jgħallem lid-dixxipli tiegħu u jgħidilhom: “Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-bnedmin u joqtluh; u meta jkun maqtul, wara tlitt ijiem iqum mill-mewt”… Kompli aqra »

M’aħniex Knisja tal-perfetti – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

San Luqa jurina lil Ġesù jdur l-ibliet u l-irħula, jipprietka u jxandar l-Evanġelju tas-Saltna ta’ Alla. Mill-bidu tal-missjoni tiegħu, Ġesù kien ċar li hu ma ġiex għal poplu wieħed, jew għal lokalità waħda, imma biex l-Evanġelju jixtered qalb popli differenti, u għalhekk kien idur l-ibliet u l-irħula.

Hawnhekk, lil Ġesù ma narawhx waħdu, imma narawh flimkien mat-tnax u xi nisa – li San Luqa jsemmihom hawn – u xi wħud oħra, li kienu miegħu… Kompli aqra »