Yearly Archives: 2021

Postijiet vakanti għal subien fl-Ewwel Sena Sekondarja

Stqarrija mis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija

Il‑Bord tad‑Dħul tal‑IskejjeI tal‑Knisja jinforma lill‑pubbliku li għandu erba’ postijiet vakanti fl‑Ewwel Sena Sekondarja għal subien li għandhom statement ta’ shared sapport. Tliet postijiet vakanti huma f’St Elias College f’Santa Venera u post fi Stella Maris College fil‑Gżira. Dawn il‑postijiet vakanti għall‑applikanti oħra se jimtlew skont ir‑Regolamenti tad‑Dħul tal‑Każijiet Serji u skont dawn id‑dettalji.

L‑applikazzjonijiet se jintlaqgħu online biss minn knisja.mt/applications minn nhar il‑Ħamis 26 ta’ Awwissu sat‑Tlieta 31 ta’ Awwissu 2021… Kompli aqra »

Il-Mulej jistieden lil kulħadd – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-Kelma ta’ Alla llum hi impenjattiva ħafna. Ta’ min jinnota li din il-parabbola Ġesù jgħidha lil kategorija partikolari ta’ nies. Kellem lill-kbarat tal-qassisin u lill-Fariżej (ara Mt 21:45). Huma n-nies li kienu jafu l-liġi, in-nies li kellhom il-kult f’idejhom, il-poter reliġjuż f’idejhom.

Qed jinsisti magħhom li donnhom irċevew l-istedina għall-festa tat-tieġ, għall-festa ta’ mħabba u kulħadd kellu x’jagħmel, kulħadd qal ‘le’… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Il-fidi timmeritalna li nirċievu lil Ġesù

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

San Pawl, namrat ta’ Ġesù Kristu u li kien fehem tajjeb x’kienet is-salvazzjoni, għallimna li “wlied il-wegħda” (Gal 4:28) – jiġifieri lkoll kemm aħna, iġġustifikati minn Ġesù Kristu – mhumiex qegħdin taħt ir-rabta tal-Liġi, imma huma msejħin għall-istil ta’ ħajja impenjattiv fil-libertà tal-Vanġelu. Il-Liġi, imma, teżisti. Imma teżisti b’mod ieħor: l-istess Liġi, l-Għaxar Kmandamenti, imma b’mod ieħor, għax minnha nfisha ma tistax tiġġustifika, issa li ġie l-Mulej Ġesù… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 19 ta’ Awwissu, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Imħ 11, 29-39a
Salm: 39 (40), 5.7-8a.8b-9.10

L-Evanġelju: Mt 22, 1-14

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ qabad ikellem lill-kbarat tal-qassisin u lill-fariżej bil-parabboli u qalilhom: “Is-Saltna tas-smewwiet tixbah lil wieħed sultan li għamel festa għat-tieġ ta’ ibnu. U bagħat għall-mistednin mal-qaddejja tiegħu biex jiġu għall-festa; imma dawk ma ridux jiġu.

U reġa’ bagħat qaddejja oħra, u qalilhom: “Għidu lill-mistednin: Ara, il-mejda tiegħi lesta; il-barrin u l-għoġiela msemmna diġà maqtula u kollox lest; ejjew għall-festa”… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 18 ta’ Awwissu, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Imħ 9, 6-15
Salm: 20 (21), 2-3.4-5.6-7

L-Evanġelju: Mt 20, 1-16a

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Ara, is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed sid li ħareġ filgħodu kmieni ħafna biex isib nies tax-xogħol u jħaddimhom fl-għalqa tiegħu tad-dwieli. Ftiehem ma’ xi ħaddiema b’dinar kuljum u bagħathom l-għalqa. Ħareġ ukoll madwar it-tielet siegħa, ra oħrajn qegħdin fil-pjazza, bla xogħol, u qalilhom: “Morru intom ukoll l-għalqa, u nagħtikom li jkun ħaqqkom”… Kompli aqra »

Tingħata l-aħħar tislima lil Dun Tancred Sultana

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Gejtanu, il-Ħamrun

It-Tnejn 16 ta’ Awwissu 2021, ingħatat l-aħħar tislima lil Dun Tancred Sultana li għal snin twal kien jaħdem fil-Kanċellerija tal-Kurja tal-Arċisqof. Il-quddiesa li saret fil-Knisja ta’ San Gejtanu, il-Ħamrun, tmexxiet mill-Arċisqof Charles Scicluna.

Fl-omelija tiegħu, l-Isqof ta’ Ġilbiltà Mons. Carmel Zammit, tkellem dwar ir-rabta li Fr Tancred kellu ma’ Ġibiltà, il-pajjiż li fih beda u temm is-saċedozju tiegħu. “Fr Tancred ħabb lil Ġibiltà fejn qatta’ l-ewwel tliet snin tas-saċerdozju tiegħu… Kompli aqra »

Biex ma nkunux qalbna sewda – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Telaq b’qalbu sewda”. Hekk naqraw fl-Evanġelju tal-lum fuq dan iż-żagħżugħ li resaq lejn Ġesù biex jistaqsih x’għandu jagħmel, it-tajjeb li għadu jagħmel, biex jikseb il-ħajja ta’ dejjem. Nafu li Ġesù semmielu l-kmandamenti, u ż-żagħżugħ qallu “dan kollu ħaristu”. Imbagħad għamillu stedina. Qallu: “mur bigħ il-ġid li għandek, agħtih lill-foqra… imbagħad ejja u imxi warajja.” Imma ż-żagħżugħ “telaq b’qalbu sewda għax kien għani ħafna”… Kompli aqra »

It-teżor veru hu l-paċi tal-qalb – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-mentalità prevalenti fi żmien Ġesù, imma forsi mhux inqas fi żmienna; li jekk inti għani, għandek ħafna flus, allura inti mbierek, jew inkella bniedem ta’ suċċess, għax il-kwalità tal-ħajja tiddependi mill-flus. Ġesù qed jgħallimna li dan kollu hu bluha. Li jekk it-teżor veru tal-bniedem hu l-paċi tal-qalb u Saltna tas-Smewwiet, mhix kwistjoni ta’ għana; imma kwistjoni ta’ qalbek fejn qiegħda… Kompli aqra »