Tfixklu minħabba xiex? – L-Isqof Galea-Curmi
30/07/2021 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Tfixklu minħabba fih”. Dan hu li naqraw fl-Evanġelju skont San Mattew. In-nies tal-pajjiż ta’ Ġesù, meta semgħuh jgħallem fis-sinagogi, baqgħu mistagħġba, u “tfixklu minħabba fih”.
Għalfejn tfixklu dawn in-nies meta semgħu lil Ġesù? Tfixklu għax semgħuh jgħid il-ħmerijiet? Jew għax semgħuh jgħid kliem li jinsulta jew kliem mhux f’postu? Tfixklu għax semgħuh jgħid kliem li jurta jew jipprova jimpressjona? … Kompli aqra »