Live: Reġistrazzjoni ta’ Skola – Kinder 2 Bniet – 27 ta’ Mejju, 9:30am
27/05/2022Idħol hawn u agħfas SUBSCRIBE biex iżżomm lilek innifsek aġġornat permezz tax-xandiriet tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fuq YouTube. Kompli aqra »
…
Aħbarijiet mill-Knisja f'Malta
Idħol hawn u agħfas SUBSCRIBE biex iżżomm lilek innifsek aġġornat permezz tax-xandiriet tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fuq YouTube. Kompli aqra »
…
Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Atti 18:9-18
Salm: 46 (47):2-3,4-5,6-7
L-Evanġelju: Ġw 16:20-23a
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew tassew ngħidilkom, intom għad tibku u tingħu, iżda d-dinja għad tifraħ; għad iġġarrbu n-niket, imma n-niket tagħkom għad jitbiddel f’hena. Il-mara, meta tkun se tiled tħossha mdejqa, għax tkun waslet is-siegħa tagħha; iżda meta tkun twieldet it-tarbija, ma tiftakarx iżjed fl-uġigħ, bil-ferħ li twieled bniedem fid-dinja… Kompli aqra »
Wara sentejn Caritas Malta se ttella’ wirja ta’ arti ispirata mill-poeżija ta’ Michael Boffa. Matul il-wirja se jitnieda wkoll il-ktieb tal-poeżiji Forsaken, li jġorr l-istess isem tal-wirja u li jinkludi x-xogħlijiet artistiċi abbinati mal-poeżiji ta’ Boffa.
Il-poeżiji ta’ Boffa nkitbu f’mumenti diffiċli li kien għaddej minnhom u jirriflettu l-emozzjonijiet li kien qed iħoss f’dak iż-żmien. Dawn il-poeżiji, 30 b’kollox, ingħaddew f’idejn 10 artisti u kull poeżija ġiet interpretata f’xogħol ispirat mill-istess poeżija… Kompli aqra »
Katekeżi fuq ix-Xjuħija – 11. Koħelet: il-lejl inċert tas-sens u tal-ħwejjeġ tal-ħajja
Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!
Fir-riflessjoni tagħna fuq ix-xjuħija – qed inkomplu nirriflettu fuq ix-xjuħija –, illum nikkonfrontaw ruħna mal-Ktieb ta’ Koħelet, ġojjell ieħor ingastat fil-Bibbja. Mal-ewwel qari tiegħu fuq fuq il-ktieb jolqotna u jħallina mifxula bir-ritornell ċelebri tiegħu: “Kollox frugħa”, kollox frugħa: ir-ritornell li spiss jitfaċċa; kollox frugħa, kollox “ċpar”, kollox “duħħan”, kollox “vojt”… Kompli aqra »
L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Il-festa ta’ Marija Għajnuna tal-Insara hi festa li issa ilha żmien twil tiġi ċċelebrata fil-Knisja. Dejjem kienet marbuta mal-għajnuna li Marija tagħti lill-Knisja, lilna lkoll, fid-diffikultajiet tal-ħajja tagħna.
Fil-fatt kien għamilha festa l-Papa Piju VII li kien ntefa’ l-ħabs fi Franza minn Napuljun, u meta rritorna lura minn Franza, wasal Ruma proprju fl-24 ta’ Mejju 1814. U ried li mis-sena ta’ wara, dakinhar tkun iċċelebrata l-festa ta’ Marija Għajnuna tal-Insara, bi gratitudni lejn Marija u l-għajnuna tagħha fi żmien diffiċli… Kompli aqra »
Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »
Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.
Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa
Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija.
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »
Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Atti 18:1-8
Salm: 97 (98):1,2-3ab,3ċd-4
L-Evanġelju: Ġw 16:16-20
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; imbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni”. Għalhekk xi wħud mid-dixxipli tiegħu bdew jgħidu bejniethom: “X’ifisser dan li qiegħed jgħid: “Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; imbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni”, u li: “Jiena sejjer għand il-Missier”?”… Kompli aqra »
Ix-xogħlijiet fuq l-ewwel kumpless tal-Hospice għal servizzi ta’ kura paljattiva huma kważi lesti u l-proġett mistenni jibda jopera bis-sħiħ sal-aħħar tal-2023. Il-Bord tal-Gvernaturi u l-Kap Eżekuttiv tal-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp u Soċjali (NDSF) żaru l-bini u raw ix-xogħlijiet estensivi li tlestew matul l-aħħar xhur.
Il-kumpless ta’ 11,000 metru kwadru, li jinsab fl-ex Adelaide Cini Institute f’Santa Venera, kien proprjetà tal-Knisja u ngħadda formalment lil Hospice Malta fl-2019… Kompli aqra »
Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »
Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.
Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa
Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija.
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »
Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Atti 17:15, 22 – 18:1
Salm: 148:1-2,11-12ab,12ċ-13a,13bċd-14
L-Evanġelju: Ġw 16:12-15
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Baqagħli ħafna ħwejjeġ x’ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux għalihom.
Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha; għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid dak li jisma’, u jħabbrilkom il-ġejjieni. Hu jagħtini glorja, għaliex jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom… Kompli aqra »